This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Is-suq intern jirreferi għas-suq uniku fi ħdan it-territorju tal-UE.
L-għan huwa li jkun hemm żona mingħajr fruntieri interni jew ostakoli regolatorji li fihom, il-moviment liberu tal-merkanzija, il-persuni, is-servizzi u l-kapital ikun żgurat f’konformità mal-artikoli tat-Trattati.
Moviment liberu tal-merkanzija (Artikoli 26 u 28 sa 37 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE))
Moviment liberu tal-kapital (Artikoli 63 sa 66 tat-TFUE)
Libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 26, 49 sa 62 tat-TFUE)
Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jiggarantixxu l-mobilità tan-negozji u l-professjonisti fl-UE. Il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u l-professjonisti jew il-persuni ġuridiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 54 tat-TFUE li joperaw legalment f’pajjiż tal-UE jistgħu:
Moviment liberu tal-ħaddiema (Artikoli 26 u 45 sa 48 tat-TFUE)
Li ma jkunx hemm ostakoli regolatorji għall-moviment liberu jfisser li:
Xi pajjiżi mhux tal-UE jallinjaw ukoll ir-regoli tagħhom ma’ dawk tas-suq uniku, u jestendu l-effetti tiegħu lil hinn mill-UE. Dawn jinkludu membri taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex membri tal-UE: in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein. L-Iżvizzera tinnegozja wkoll mas-suq uniku permezz ta’ ftehim bilaterali mal-UE. Pajjiżi kandidati u kandidat potenzjali wkoll ifittxu li jallinjaw il-leġiżlazzjoni tagħhom mal-acquis tal-URE bħala waħda mill-kundizzjonijiet tas-sħubija futura tagħhom fl-UE.