Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Natura 2000

Natura 2000 huwa netwerk tal-UE ta' żoni ta' valur kbir għall-biodiversità. Huwa magħmul minn Żoni ta' Protezzjoni Speċjali (SPAs) stabbiliti skont id-"Direttiva dwar l-Għasafar" (1979) u Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni (SACs) stabbiliti taħt id-"Direttiva dwar il-Ħabitats" (1992).

Il-pajjiżi tal-UE jinnominaw SPAs għal speċi ta' għasafar rari u migratorji taħt id-Direttiva dwar l-Għasafar. Jipproponu wkoll siti għal protezzjoni taħt id-Direttiva dwar il-Ħabitats għal speċi ta' fawna u flora u l-ħabitats li huma ta' interess speċjali minħabba r-rarità jew il-vulnerabilità, jew ir-riskju ta' estinzjoni tagħhom. Fuq il-bażi ta' dawn il-proposti u fi ħdan il-qafas tad-9 reġjuni bio-ġeografiċi tal-UE (Alpin, Atlantiku, Baħar l-Iswed, Boreali, Kontinentali, Makaronesjan, Mediterran, Pannonjan u Steppiku), il-Kummissjoni Ewropea tadotta Siti ta' Importanza għall-Komunità. Imbagħad il-pajjiżi tal-UE għandhom 6 snin biex jinnominaw dawn iż-żoni bħala SACs.

Natura 2000 hija l-akbar netwerk ikkoordinat ta' żoni protetti fuq livell globali u jammonta għal kważi kwint taż-żona ta' art tal-UE u għal aktar minn 250,000 metru kwadru ta' wiċċ tal-baħar.

ARA WKOLL

Top