EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-Istati Membri

Pajjiż kandidat li jissodisfa l-kriterji tal-adeżjoni kif definiti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-1993 u li jiffirma t-Trattat ta’ adeżjoni mal-Istati Membri individwali tal-UE jsir Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Kull wieħed mis-27 Stat Membru huwa marbut bit-Trattati u l-acquis communautaire. Kull wieħed jipparteċipa fit-tmexxija tal-UE fuq termini ugwali.

Kien hemm 28 Stat Membru sal-1 ta’ Frar 2020, meta r-Renju Unit irtira mill-UE u sar pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE).

Bħalissa hemm 27 Stat Membru: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

Fis-sommarji tal-leġiżlazzjoni tal-UE, it-terminu “pajjiżi tal-UE” jintuża spiss bħala alternattiva għal “Stati Membri”.

ARA WKOLL

Top