Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-kompetizzjoni

Suq fejn hemm kompetizzjoni ħielsa huwa suq li fih negozji indipendenti b'mod reċiproku jinvolvu ruħhom fl-istess attività u jagħmlu ħilithom sabiex jattiraw il-konsumaturi. Fi kliem ieħor, kull negozju huwa soġġett għal pressjoni kompetittiva mill-oħrajn. B'hekk, kompetizzjoni effettiva tagħti kundizzjonijiet ekwi lin-negozji, iżda tagħti wkoll ħafna benefiċċji lill-konsumaturi (prezzijiet aktar baxxi, kwalità aħjar, għażla usa', eċċ.).

Il-politika Ewropea dwar il-kompetizzjoni hija intiża sabiex tiżgura kompetizzjoni ħielsa u ġusta fl-Unjoni Ewropea. Ir-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni (l-Artikoli 101 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - TFUE) huma bbażati fuq 5 prinċipji ewlenin:

  • il-projbizzjoni ta' prattiki u ftehimiet miftiehma u tal-abbuż ta' pożizzjoni dominanti li tista' taffettwa l-kompetizzjoni fis-suq komuni (regoli tal-antitrust);
  • is-superviżjoni preventiva tal-fużjonijiet b'dimensjoni Ewropea (jiġifieri li jiġi żgurat li d-daqs sinjifikanti tal-operazzjoni fuża proposta fis-suq tal-UE ma jirriżultax f'kompetizzjoni ristretta;
  • is-superviżjoni tal-għajnuna mogħtija mill-pajjiżi tal-UE li thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti;
  • il-liberalizzazzjoni ta' setturi li qabel kienu kkontrollati minn monopolji pubbliċi, bħat-telekomunikazzjoni, it-trasport jew l-enerġija;
  • il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni barra mill-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jinfurzaw ir-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni. Il-kooperazzjoni bejniethom, fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK), tiżgura l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tar-regoli.

ARA WKOLL

Top