Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fil-qasam tal-enerġija

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/684 — l-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

  • Deċiżjoni (UE) 2017/684 tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-Kummissjoni Ewropea dwar ftehimiet fil-qasam tal-enerġija bejn Stat Membru wieħed jew bosta minn naħa, u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, min-naħa l-oħra.
  • L-għan huwa li jiġi żgurat li l-ftehimiet intergovernattivi ffirmati mill-Istati Membri ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-UE. Dan għandu jassigura l-funzjonament xieraq tas-suq intern, itejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-UE u jwassal għal aktar trasparenza u koordinazzjoni fi kwistjonijiet ta’ enerġija bejn Stati Membri u mal-Kummissjoni.
  • Ir-Regolament (UE) 2024/1789 jemenda d-deċiżjoni biex jinkludi ftehimiet internazzjonali relatati mal-idroġenu, inklużi komposti tal-idroġenu bħal ammonja u trasportaturi ta’ idroġenu organiku likwidu fl-ambitu tad-deċiżjoni, u jistabbilixxi obbligi ta’ notifika simili għal dawk applikabbli għal ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-gass.
  • Id-deċiżjoni tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE.

PUNTI EWLENIN

  • Id-Deċiżjoni tkopri prinċipalment ftehimiet legalment vinkolanti bejn Stati Membri tal-UE u pajjiżi terzi (jew organizzazzjonijiet internazzjonali) rigward ix-xiri, il-kummerċ, il-bejgħ, it-transitu, il-ħażna jew il-provvista ta’ enerġija fi jew għal Stat Membru jew li jinvolvu kwalunkwe infrastruttura tal-enerġija fl-UE.
  • Meta jibdew dan it-tipi ta’ negozjati, l-Istati Membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun qabel jibdew, u jżommu lill-Kummissjoni infurmata regolarment.
  • Qabel ma jiffinalizza ftehim intergovernattiv jew emenda, l-Istat Membru kkonċernat irid jagħti l-’akbar kunsiderazzjoni’ lill-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim mal-liġi tal-UE.
  • Wara r-ratifika ta’ ftehim dwar l-enerġija, l-Istat Membru kkonċernat jrid jinnotifika l-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni tkun ħarġet opinjoni legali dwar il-ftehim, l-Istat Membru jrid ukoll jinnotifika r-raġunijiet għal kull tluq minn dik l-opinjoni.
  • L-Istati Membri jistgħu b’mod fakultattiv, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar strumenti mhux vinkolanti. Dawn ikunu arranġamenti mhux legalment vinkolanti bħal, normalment, memoranda ta’ qbil, dikjarazzjonijiet konġunti, jew kodiċijiet ta’ kondotta konġunti, li jistabbilixxu l-prezzijiet, pereżempju, jew l-iżvilupp tal-infrastruttura.
  • In-notifiki għandhom iridu jsiru permezz ta’ applikazzjoni dedikata abbażi tal-web.

Żejt, gass u idroġenu

Fejn ftehim internazzjonali jikkonċerna gass, żejt jew idroġenu, l-abbozz tal-ftehim jrid ikun mogħti lill-Kummissjoni għal valutazzjoni ex ante. Il-Kummissjoni trid tinforma l-Istat Membru kkonċernat fi żmien ħames ġimgħat rigward kwalunkwe dubju li jkollha dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim mal-liġi tal-UE, b’mod partikolari mar-regoli tas-suq intern tal-enerġija u mal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni mbagħad tagħti opinjoni sħiħa fi żmien 12-il ġimgħa min-notifika inizjali.

L-elettriku

  • L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess tal-kompatibbiltà legali tal-ftehimiet dwar l-elettriku mal-liġi tal-UE fl-istadju tal-abbozzar tal-ftehim.
  • Jekk l-Istat Membru ma jkunx irnexxielu jilħaq konklużjoni definittiva dwar din il-kompatibbiltà, irid jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan l-abbozz ta’ ftehim u tiġi segwita l-istess proċedura bħal fil-każ tal-valutazzjoni ex-ante għaż-żejt, gass u idroġenu.
  • Fejn Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni dwar ftehim internazzjonali fil-qasam tal-enerġija elettrika wara r-ratifikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni trid tinforma lill-Istat Membru fi żmien disa’ xhur min-notifika jekk ikollha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim mal-liġi tal-UE.

Perjodi ta’ żmien

Il-perjodi ta’ żmien għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe mill-ftehimiet msemmija hawn fuq jistgħu jkunu estiżi bl-approvazzjoni tal-Istat Membru, jew imqassra bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni biex ikun assikurat li n-negozzjati ma jkollhomx dewmien bi żball.

Ftehimiet eżistenti

Sat-, l-Istati Membri kellhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti dwar l-enerġija, inklużi dawk relatati mal-enerġija elettrika. Fejn il-Kummissjoni kellha dubji inizjali dwar il-kompatibbiltà legali mal-liġijiet tal-UE ta’ dawn il-ftehimiet, l-Istati Membri kellhom jkunu infurmati konsegwentement mill-Kummissjoni fi żmien disa’ xhur min-notifika.

Il-qsim tal-informazzjoni

  • Fejn Stat Membru ma jkunx indika li ċerta informazzjoni hi kunfidenzjali, il-Kummissjoni ser tagħmilha f’forma sigura lill-Istati Membri l-oħra kollha. Stat Membru jista’ jindika jekk parti mill-informazzjoni għandhiex titqies bħala kunfidenzjali. Fejn l-informazzjoni hi kunfidenzjali, l-Istat Membru għandu jipprovdi sommarju, inklużi tal-inqas is-suġġett, l-għan, l-iskop, id-durata, il-partijiet involuti u l-informazzjoni dwar l-elementi prinċipali tal-ftehim.
  • Talbiet għal kunfidenzjalità ma jirrestrinġux l-aċċess tal-Kummissjoni għal informazzjoni kunfidenzjali.
  • Dan l-iskambu ta’ informazzjoni għandu l-għan li jħeġġeġ koordinazzjoni fost l-Istati Membri biex:
    • jirrevedu żviluppi u jakkwistaw konsistenza fir-relazzjonijiet esterni tal-UE dwar l-enerġija;
    • jiġu identifikati l-problemi komuni u l-azzjoni xierqa sabiex jiġu indirizzati u jiġu proposti gwida u soluzzjonijiet;
    • jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ ftehimiet intergovernattivi multilaterali li jinvolvu gruppi ta’ Stati Membri jew l-UE in ġenerali.

Gwida

Sat-, il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, kellha tiżviluppa mudell ta’ klawżoli u gwida biex ittejjeb il-konformità ta’ ftehimiet intergovernattivi futuri dwar l-enerġija mal-liġi tal-UE.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Deċiżjoni (UE) 2017/684 ilha tapplika mit-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/684 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija, u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE (ĠU L 99, , pp. 1–9).

Ir-Regolament (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar is-swieq interni tal-gass rinnovabbli, tal-gass naturali u tal-idroġenu, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011, (UE) 2017/1938, (UE) 2019/942 u (UE) 2022/869 u d-Deċiżjoni (UE) 2017/684 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/1789, ).

l-aħħar aġġornament

Top