Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Id-dritt tal-Unjoni

Strettament, id-dritt tal-Unjoni jikkonsisti fit-Trattati kostituttivi (leġiżlazzjoni primarja) u l-atti legali li l-istituzzjonijiet Ewropej jadottaw, li jippermettu lill-UE teżerċita s-setgħat tagħha (leġiżlazzjoni sekondarja: regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet).

F’sens usa’, id-dritt tal-Unjoni jinkludi r-regoli kollha tal-ordni ġuridiku tal-UE, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (mit-Trattat ta’ Lisbona) u l-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi mhux tal-UE jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jagħmlu wkoll parti integrali mid-dritt tal-Unjoni. Dawn il-ftehimiet huma separati mil-liġi primarja u l-leġiżlazzjoni sekondarja u jiffurmaw kategorija sui generis. Skont xi sentenzi tal-QĠUE, xi drabi dawn jista’ jkollhom effett dirett u l-forza legali tagħhom hija superjuri għal-leġiżlazzjoni sekondarja, li għalhekk għandha tikkonforma magħhom.

ARA WKOLL

Top