Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Deċiżjoni

Deċiżjoni hija att legali vinkolanti li jista’ jew ikollu applikazzjoni ġenerali jew li jista’ jkollu destinatarju speċifiku. Deċiżjoni hija parti mil-liġi sekondarja tal-UE, il-korp tal-liġi li joħroġ mill-prinċipji u l-għanijiet stabbiliti fit-trattati tal-UE (il-liġi primarja).

Skont l-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, deċiżjoni hija vinkolanti fl-intier tagħha.

Deċiżjoni tista’ tkun att leġiżlattiv jew mhux leġiżlattiv.

Id-deċiżjonijiet huma atti leġiżlattivi meta jiġu adottati b’mod konġunt minn:

  • il-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jew
  • il-Parlament Ewropew bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill, jew
  • il-Kunsill bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva speċjali.

Id-deċiżjonijiet ħafna drabi huma deċiżjonijiet adottati, ġeneralment imma mhux esklużivament, mill-Kummissjoni Ewropea, wara delega (atti delegati) jew biex jimplimentaw att leġiżlattiv (atti ta’ implimentazzjoni).

ARA WKOLL

Top