This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Skont il-qasam tal-politika inkwistjoni, il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea (UE) ivarjaw. Bħala regola ġenerali, id-deċiżjonijiet tal-UE jittieħdu permezz tal-metodu Komunitarju (magħruf ukoll bħala l-Unjoni) li jinvolvi l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kif definit fl-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Il-metodu Komunitarju huwa kkaratterizzat mir-rwoli tal-istituzzjonijiet sovranazzjonali tal-UE:
Dan il-metodu jikkuntrasta mal-metodu ta’ operat intergovernattiv li jintuża fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-aktar fuq il-politika estera u ta’ sigurtà komuni u aspetti ta’ kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja. Dan il-metodu għandu l-karatteristiċi saljenti li ġejjin: