Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK)

Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) hija l-politika estera u ta’ sigurtà konġunta tal-UE.

Hija għandha l-għan li:

  • iżżomm il-paċi;
  • issaħħaħ is-sigurtà internazzjonali; u
  • tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

L-UE għandha servizz diplomatiku, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), li tnieda formalment fl-2011. Is-SEAE jaġixxi taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni (HR/VP), pożizzjoni li bħalissa hija okkupata minn Josep Borrell Fontelles. Huwa jassisti lill-HR/VP fit-twettiq tal-mandat tagħhom (bħala rappreżentant tal-PESK u bħala President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, kif ukoll fir-rwol tagħhom ta’ Viċi President tal-Kummissjoni, li jikkostitwixxi t-twettiq tar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fir-relazzjonijiet esterni).

Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), li huwa magħmul minn ambaxxaturi mis-27 pajjiż tal-UE, jaġixxi wkoll taħt ir-responsabbiltà tal-HR/VP. Huwa jissorvelja s-sitwazzjoni internazzjonali fl-oqsma koperti mill-PESK u għandu rwol ewlieni fid-definizzjoni u s-segwitu tar-rispons tal-UE għal kriżi.

Il-PESK oriġinarjament ġiet stabbilita fl-1993 fl-ambitu tat-Trattat ta’ Maastricht. Din ġiet msaħħa progressivament permezz ta’ trattati sussegwenti, b’mod partikolari t-Trattat ta’ Lisbona (Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea). Minn mindu daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, f’Diċembru 2009, l-UE għandha personalità ġuridika (jiġifieri tista’ tiffirma trattati internazzjonali).

ARA WKOLL

Top