Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Proċedura ta’ approvazzjoni

Il-proċedura ta’ approvazzjoni hija proċedura leġislattiva jew mhux leġislattiva fejn il-Parlament Ewropew (PE) ma huwiex koawtur tal-att mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea iżda xorta jista’ jeżerċita s-setgħa tiegħu ta’ veto jew approvazzjoni.

Il-kunsens tal-PE għal att propost jista’ jkun meħtieġ jew skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Il-PE jista’ jaċċetta jew jirrifjuta att propost u ma jistax jemendah. Meta l-PE ma jagħtix il-kunsens tiegħu, l-att ma jistax jiġi adottat.

Bħala proċedura mhux leġislattiva, tapplika, pereżempju:

  • għar-ratifika ta’ ċerti ftehimiet internazzjonali nnegozjati mill-UE skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;
  • f’każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet fundamentali skont l-Artikolu 7 TUE;
  • għall-adeżjoni ta’ pajjiżi membri ġodda tal-UE skont l-Artikolu 49 TUE;
  • għal arranġamenti għall-irtirar mill-UE skont l-Artikolu 50 TUE.

Bħala proċedura leġiżlattiva, tintuża wkoll, pereżempju:

  • meta tkun qed tiġi adottata leġislazzjoni ġdida dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni skont l-Artikolu 19 TFUE;
  • meta l-bażi legali sussidjarja ġenerali tiġi applikata f’konformità mal-Artikolu 352 TFUE.

ARA WKOLL

Top