This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0994
Council Decision (CFSP) 2016/994 of 20 June 2016 repealing Common Position 2008/109/CFSP concerning restrictive measures imposed against Liberia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/994 tal-20 ta' Ġunju 2016 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/994 tal-20 ta' Ġunju 2016 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja
ĠU L 162, 21/06/2016, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/994
tal-20 ta' Ġunju 2016
li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Liberja li pprevedew embargo fuq l-armi. |
(2) |
Fil-25 ta' Mejju 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2288 (2016) fir-rigward tal-Liberja, li ttemm, b'effett immedjat, il-miżuri dwar l-armi preċedentement stipulati fil-paragrafu 2 tal-UNSCR 1521 (2003) u mmodifikati mill-paragrafi 1 u 2 tal-UNSCR 1683 (2006), mill-paragrafu 1(b) tal-UNSCR 1731 (2006), mill-paragrafi 3, 4, 5 u 6 tal-UNSCR 1903 (2009), mill-paragrafu 3 tal-UNSCR 1961 (2010) u mill-paragrafu 2(b) tal-UNSCR 2128 (2013). |
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandha għalhekk titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK hija mħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/109/PESK tat-12 ta' Frar 2008 dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ĠU L 38, 13.2.2008, p. 26).