Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0116

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (Verżjoni kodifikata)

    ĠU L 39, 10/02/2009, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/116/oj

    10.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 39/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 116/2009

    tat-18 ta’ Diċembru 2008

    dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali

    (Verżjoni kodifikata)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 tad-9 ta’ Diċembru 1992 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (1) ġie emendat diversi drabi (2) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kodifikat.

    (2)

    Sabiex jiġi mantnut is-suq intern, regoli dwar kummerċ ma’ pajjiżi mhux membri huma meħtieġa għall-protezzjoni ta’ oġġetti kulturali.

    (3)

    Jidher li hu meħtieġ li jittieħdu miżuri b’mod partikolari biex jiġi assigurat li esportazzjonijiet ta’ oġġetti kulturali jkunu suġġetti għal kontrolli uniformi fil-fruntieri esterni tal-Komunità.

    (4)

    Dik is-sistema għandha teħtieġ il-preżentazzjoni ta’ liċenzja mill-Istat Membru kompetenti qabel l-esportazzjoni ta’ l-oġġetti kulturali koperti b’dan ir-Regolament. Din titlob tifsira ċara ta’ l-għan ta’ dawk il-miżuri u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom. Is-sistema għandha tkun kemm jista’ jkun sempliċi u effiċjenti.

    (5)

    Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistablixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (3).

    (6)

    In vista ta’ l-esperjenza konsiderevoli ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fuq kwistjonijiet doganali u agrikoli (4) l-imsemmi Regolament għandu jiġi applikat għal din il-materja.

    (7)

    L-Anness I ta’ dan ir-Regolament hu mmirat li jiċċara l-kategoriji ta’ oġġetti kulturali li għandhom jingħataw protezzjoni partikolari f’kummerċ ma’ pajjiżi mhux membri, iżda mhux maħsub biex jippreġudika d-definizzjoni ta’ teżori nazzjonali mogħtija mill-Istati Membri fis-sens ta’ l-Artikolu 30 tat-Trattat,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Definizzjoni

    Mingħajr preġudizzju għall-poteri ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 30 tat-Trattat, il-kliem “oġġetti kulturali” għandhom jirreferu, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għall-affarijiet elenkati f’Anness I.

    Artikolu 2

    Liċenzja ta’ esportazzjoni

    1.   L-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali barra mit-territorju doganali tal-Komunità għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni.

    2.   Il-liċenzja ta’ esportazzjoni għandha tinħareġ fuq talba tal-persuna interessata:

    (a)

    minn awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-oġġett kulturali in kwistjoni kien jinsab b’mod legali u b’mod definittiv fl-1 ta’ Jannar 1993;

    (b)

    jew, wara dan, minn awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab wara li jkun intbagħat b’mod legali jew b’mod definittiv minn Stat Membru ieħor, jew importat minn pajjiż mhux membru, jew ri-importat minn pajjiż mhux membru wara li jkun intbagħat legalment minn Stat Membru lil dak il-pajjiż.

    Iżda, mingħajr preġudizzju għal paragrafu 4, l-Istat Membru li jkun kompetenti skont punti (a) u (b) fl-ewwel subparagrafu huwa awtorizzati li ma jeħtieġ ebda liċenzji ta’ esportazzjoni għall-oġġetti kulturali speċifikati fl-ewwel u t-tieni inċiż ta’ kategorija A.1 ta’ Anness I meta dawn ikunu ta’ interess arkeoloġiku jew xjentifiku limitat, u sakemm ma jkunux il-prodott dirett ta’ skavi, finds jew siti arkeoloġiċi ġewwa Stat Membru, u li l-preżenza tagħhom fis-suq tkun legali.

    Il-liċenzja ta’ esportazzjoni tista’ tiġi rifjutata, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, meta l-oġġetti kulturali in kwistjoni jkunu koperti b’leġislazzjoni li tipproteġi teżori nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku fl-Istat Membru in kwistjoni.

    Fejn ikun neċessarju, l-awtorità msemmija f’punt (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu għandha tikkomunika ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li minnu l-oġġett kulturali in kwistjoni jkun ġie, u b’mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti skont fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE dwar ir-ritorn ta’ oġġetti ta’ kultura imneħħija b’mod illegali mit-territorju ta’ Stat Membru (5).

    3.   Il-liċenzja ta’ esportazzjoni għandha tkun valida ġewwa l-Komunità.

    4.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 esportazzjoni diretta mit-territorju doganali tal-Komunita’ ta’ teżori nazzjonali li jkollhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku li ma jkunux oġġetti kulturali fis-sens ta’ dan ir-Regolament tkun suġġetta għal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ esportazzjoni.

    Artikolu 3

    Awtoritajiet kompetenti

    1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni lista ta’ l-awtoritajiet li jkollhom is-setgħa li joħorġu liċenzji ta’ esportazzjoni għal oġġetti kulturali.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ dawn l-awtoritajiet u kull emenda lil dik il-lista fis-serje “C” ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Preżentazzjoni ta’ liċenzja

    Il-liċenzja ta’ esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata, b’rinforz tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, meta jsiru l-formalitajiet doganali ta’ esportazzjoni, fl-uffiċċju tad-dawna li jkun kompetenti jaċċetta dik id-dikjarazzjoni.

    Artikolu 5

    Limitazzjoni tal-kompetenza tal-uffiċċji tad-dwana

    1.   L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu n-numru ta’ uffiċċji ta’ dwana mogħtija s-setgħa li jimmaniġaw l-formalitajiet għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali.

    2.   L-Istati Membri li jieħdu l-għażla mogħtija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-uffiċċji tad-dwana li jkunu mogħtija s-setgħa li jagħmlu dan.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fis-serje “C” ta’ Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 6

    Koperazzjoni Amministrattiva

    Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet ta’ Regolament (KE) Nru 515/97 b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni, għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    B’żieda mal-koperazzjoni prevista fl-ewwel sub-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jistabbilixxu, fil-kuntest tar-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, koperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 ta’ Direttiva 93/7/KEE.

    Artikolu 7

    Miżuri ta’ implimentazzjoni

    Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk li jirreferu għall-forma li għandha tinuża (per eżempju, il-mudell u proprjetajiet tekniċi) għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2).

    Artikolu 8

    Kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

    2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Artikolu 9

    Penali

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

    Artikolu 10

    Rappurtar

    1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ttieħdu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament.

    Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

    2.   Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina kull tliet snin u, meta xieraq, jaġġorna l-ammonti indikati f’Anness I, abbażi ta’ l-indikaturi ekonomiċi u monetarji fil-Komunità.

    Artikolu 11

    Revoka

    Ir-Regolament (KEE) Nru 3911/92 kif emendat bir-Regolamenti elenkati f’Anness II huwa mħassar.

    Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni f’Anness III.

    Artikolu 12

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BARNIER


    (1)  ĠU L 395, 31.12.1992, p. 1.

    (2)  Ara l-Anness II.

    (3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    (4)  ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1

    (5)  ĠU L 74, 27.3.1993, p. 74.


    ANNESS I

    Kategoriji ta’ oġġetti kulturali koperti fl-artikolu 1

    1.

    Oġġetti arkeoloġiċi li għandhom aktar minn 100 sena li huma prodotti ta':

     

    skavi u sejbiet fuq l-art u taħt l-ilma

    9705 00 00

    siti arkeoloġiċi

    9706 00 00

    kollezzjonijiet arkeoloġiċi

    2.

    Elementi li jiffurmaw parti integrali minn monumenti artistiċi, storiċi jew reliġjużi li jkunu ġew imkissra, ta’ età li ma teċċedix 100 sena

    9705 00 00

    9706 00 00

    3.

    Tpinġija u pittura, apparti minn dawk inklużi fil-kategoriji 4 jew 5 magħmula kompletament bl-idejn fuq kull medja u b'kull materjal (1)

    9701

    4.

    Akkwarelli, gousche u pastell eżekwiti kompletament fl-idejn fuq kull tip ta’ materjal (1)

    9701

    5.

    Mużajk b'kull tip ta’ materjal eżekwit kompletament bl-idejn, apparti minn dawk li jidħlu fil-kategoriji 1 jew 2, u tpinġijiet b'kull tip ta’ medja eżekwiti kompletament bl-idejn fuq kull tip ta’ materjal (1)

    6914

    9701

    6.

    Engravings oriġinali, prints, serigraphs u lithographs bil-plates u posters rispettivi oriġinali tagħhom (1)

    Kapitolu 49

    9702 00 00

    8442 50 99

    7.

    Skulturi oriġinali u statwi u kopji prodotti permezz ta’ l-istess proċess bħall-oriġinal (1), minbarra dawk f'kategorija 1

    9703 00 00

    8.

    Ritratti, films u negattivi tagħhom (1)

    3704

    3705

    3706

    4911 91 80

    9.

    Incunabula u manuskritti, inklużi mapep u spartiti mużikali, kemm weħidhom kif ukoll f'kollezzjonijiet (1)

    9702 00 00

    9706 00 00

    4901 10 00

    4901 99 00

    4904 00 00

    4905 91 00

    4905 99 00

    4906 00 00

    10.

    Kotba ta’ aktar minn 100 sena, weħidhom jew f'kollezzjonijiet

    9705 00 00

    9706 00 00

    11.

    Mapep stampati ta’ aktar minn 200 sena

    9706 00 00

    12.

    Arkivji, li elementi minnhom, ta’ kull xeħta jew ta’ kull medium għandhom aktar minn 50 sena

    3704

    3705

    3706

    4901

    4906

    9705 00 00

    9706 00 00

    13.

    (a)

    Kollezzjonijiet (2) u kampjuni minn kollezzjonijiet żoloġiċi, botaniċi, mieraloġiċi jew anatomiċi;

    9705 00 00

    (b)

    Kollezzjonijiet (2) ta’ interess storiku, palaentoloġiku, etnografiku jew numismatiku

    9705 00 00

    14.

    Mezzi ta’ trasport li għandhom aktar minn 75 sena

    9705 00 00

    Kapitoli 86—89

    15.

    Kull oġġetti antiki oħra mhux inklużi f'kategoriji A.1 sa A.14

     

    (a)

    li għandhom bejn 50 u 100 sena:

     

    ġugarelli, logħob

    Kapitolu 95

    glassware

    7013

    oġġetti ta’ affarijiet li jintużaw minn goldsmiths jew arġentiera

    7114

    għamara

    Kapitolu 94

    apparat ottiku, fotografiku jew ċinematografiku

    Kapitolu 90

    strumenti mużikali

    Kapitolu 92

    arloġġi u arloġġi ta’ l-idejn u partijiet minnhom

    Kapitolu 91

    oġġetti ta’ l-injam

    Kapitolu 44

    fuħħar

    Kapitolu 69

    tapizzeriji

    5805 00 00

    twapet

    Kapitolu 57

    wallpaper

    4814

    armamenti

    Kapitolu 93

    (b)

    li jkollhom aktar minn 100 sena

    9706 00 00

    L-oġġetti kulturali f'kategoriji A.1 sa A.15 huma koperti b'dan ir-Regolament biss jekk il-valur tagħhom jikkorrispondi għal, jew jeċċedi, t-thresholds finanzjarji taħt B.

    B.   Thresholds finanzjarji applikabbli għal ċerti kategoriji taħt A (f' euro)

    VALUR:

     

    Hu x'inhu l-valur

    1 (Oġġetti arkeoloġiċi)

    2 (Monumenti żarmati)

    9 (Incunabula u manuskritti)

    12 (Arkivji)

     

    15 000

    5 (Mosaics u tpinġijiet)

    6 (Engravings)

    8 (Ritratti)

    11 (Mapep stampati)

     

    30 000

    4 (Akkwarell, gouache u pastel)

     

    50 000

    7 (Statwi)

    10 (Kotba)

    13 (Kollezzjonijiet)

    14 (Mezzi ta' trasport)

    15 (Kull oġġett ieħor)

     

    150 000

    3 (Pitturi)

    L-istima ta' jekk jew le l-kondizzjonijiet li jirreferu għall-valur finanzjarju jkunux osservati għandha ssir meta ssir applikazzjoni għal liċenzja ta' esportazzjoni. Il-valur finanzjarju hu dak ta' l-oġġetti kulturali fl-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 2(2).

    Għall-Istati Membri li m'għandhomx l-euro bħala l-munita tagħhom, il-valuri espressi f'euro fl-Anness I għandhom jiġu konvertiti u espressi f'muniti nazzjonali bir-rata ta' bdil fil-31 ta' Diċembru 2001 pubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan il-valur f'muniti nazzjonali għandu jiġi rivedut kull sentejn b'effett mill-31 ta' Diċembru 2001. Kalkulazzjoni ta' dan il-valur għandu jiġi bbażat fuq medja ta' valur ta' kull ġurnata ta' dawk il-muniti, espressi f'euro, matul l-24 xahar fl-ewwel ġurnata t'Awissu qabel ir-riviżjoni li tibda b'effett mill-31 ta' Diċembru. Dan il-metodu ta' kalkulazzjoni għandu jiġi rivedut, fuq proposta mill-Kummissjoni, mill-Kumitat Konsultattiv fuq Oġġetti Kulturali, fil-bidu ta' sentejn wara l-ewwel applikazzjoni. Għal kull riviżjoni, il-valuri espressi f'euro u l-valuri tagħhom f'muniti nazzjonali għandhom jiġu pubblikati perjodikalment f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel ġranet tax-xahar ta' Novembru qabel id-data li fiha tibda r-riviżjoni.


    (1)  Li għandhom iktar minn 50 sena u m'humiex ta' l-oriġinatarju tagħhom.

    (2)  Kif definit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-każ 252/84, kif ġej: Bċejjeċ ta' “kollezzjonisti' fid-definizzjoni tat-titolu Nru 97.05 tat-Tariffi Komuni tad-Dwana huma artikoli li jipposjedu dawk il-karatteristiċi biex jiġu inklużi f'kollezzjoni, jiġifieri, artikoli li huma relattivament rari u m'humiex normalment użati għall-iskop oriġinali tagħhom, u huma għal transazzjonijiet speċjali barra s-sengħa normali f'artikoli utilitarji simili u huma ta' valur għola.”


    ANNESS II

    Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tiegħu

    Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92

    (ĠU L 395, 31.12.1992, p. 1)

     

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2469/96

    (ĠU L 335, 24.12.1996, p. 9)

     

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/2001

    (ĠU L 137, 19.5.2001, p. 10)

     

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003

    (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1)

    Anness I punt 2 biss


    ANNESS III

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Regolament (KEE) Nru 3911/92

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 2(2), l-ewwel sub-paragrafu, kliem ta’ introduzzjoni

    Artikolu 2(2), l-ewwel sub-paragrafu, kliem ta’ introduzzjoni

    Artikolu 2(2), l-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel inċiz

    Artikolu 2(2), l-ewwel sub-paragrafu, punt (a)

    Artikolu 2(2), l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni inċiz

    Artikolu 2(2), l-ewwel sub-paragrafu, punt (b)

    Artikolu 2(2), it-tieni sub-paragrafu

    Artikolu 2(2), it-tieni sub-paragrafu

    Artikolu 2(2), it-tielet sub-paragrafu

    Artikolu 2(2), it-tielet sub-paragrafu

    Artikolu 2(2), ir-raba’ sub-paragrafu

    Artikolu 2(2), ir-raba’ sub-paragrafu

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 2(4)

    Artikolu 2(4)

    Artikoli 3 sa 9

    Artikoli 3 sa 9

    Artikolu 10, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 10(1), l-ewwel sub-paragrafu

    Artikolu 10, it-tieni paragrafu

    Artikolu 10(1), it-tieni sub-paragrafu

    Artikolu 10, it-tielet paragrafu

    Artikolu 10(2), l-ewwel sub-paragrafu

    Artikolu 10, ir-raba’ paragrafu

    Artikolu 10, il-ħames paragrafu

    Artikolu 10(2), it-tieni sub-paragrafu

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    Artikolu 12

    Anness, punti A.1, A.2 u A.3

    Anness I, punti A.1, A.2 u A.3

    Anness, punt A.3A

    Anness I, punt A.4

    Anness, punt A.4

    Anness I, punt A.5

    Anness, punt A.5

    Anness I, punt A.6

    Anness, punt A.6

    Anness I, punt A.7

    Anness, punt A.7

    Anness I, punt A.8

    Anness, punt A.8

    Anness I, punt A.9

    Anness, punt A.9

    Anness I, punt A.10

    Anness, punt A.10

    Anness I, punt A.11

    Anness, punt A.11

    Anness I, punt A.12

    Anness, punt A.12

    Anness I, punt A.13

    Anness, punt A.13

    Anness I, punt A.14

    Anness, punt A.14

    Anness I, punt A.15

    Anness, punt B

    Anness I, punt B

    Anness II

    Anness III


    Top