Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0038

    Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE tal- 5 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali ta’ l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (Verżjoni kodifikata) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 62, 06/03/2008, p. 9–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/12/2020; Imħassar b' 32020R0354

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/38/oj

    6.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 62/9


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/38/KE

    tal-5 ta’ Marzu 2008

    li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali ta’ l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (Verżjoni kodifikata)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta’ Settembru 1993 dwar il-materjali ta’ l-għalf għal skopijiet partikolari nutrizjonali (1) u partikolarment l-Artikolu 6(a) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/39/KE tal-25 ta’ Lulju 1994 li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali ta’ l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

    (2)

    Direttiva 93/74/KEE tipprovdi għall-istabbiliment ta’ lista pożittiva ta’ l-użu intiż tal-materjali ta’ l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali. Dik il-lista trid tindika l-użu preċiż, jiġifieri, l-iskop partikolari nutrizzjonali, l-karatteristiċi nutrizzjonali, d-dikjarazzjonijiet ta’ l-ittikettjar u meta xieraq il-ħtiġiet speċjali ta’ l-ittikkettjar.

    (3)

    Ċerti skopijiet nutrizzjonali ma jistgħux jiġu inklużi fil-lista ta’ użu intiż minħabba l-assenza ta’ metodi tal-Komunità ta’ kontroll għall-valur ta’ l-enerġija fil-materjali ta’ l-għalf ta’ l-annimali u għall-fibra dietetika fil-materjali ta’ għalf ta’ l-annimali. Din il-lista għandha tkun ikkompletata appena dawn il-metodi jiġu adottati.

    (4)

    Il-lista stabbilita tista’ tkun immodifikata, meta xieraq, bis-segwiment ta’ l-iżviluppi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku.

    (5)

    Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

    (6)

    Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-materjali ta’ l-għalf intiżi għal skopijiet partikolari nutrizzjonali fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE għandhom ikunu marketed biss jekk l-użu intiż tagħhom huma inklużi fil-parti B ta’ l-Anness I għal din id-direttiva u jekk jissodisfaw id-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti f’dik il-Parti ta’ l-Anness I.

    Aktar minn hekk, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-dispożizzjonijiet permezz tad-“Dispożizzjonijiet Ġenerali” tal-Parti A ta’ l-Anness I ikun hemm konformità magħhom.

    Artikolu 2

    Id-Direttiva 94/39/KE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

    Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Lulju 2008.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Marzu 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 207, 10.8.1994, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/4/KE (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 4).

    (3)  Ara l-Anness II, Parti A.


    ANNESS I

    PARTI A

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1.

    Meta jkun hemm aktar minn grupp wieħed ta’ karatterisitiċi nutrizzjonali indikati fil-kolonna 2 tal-Parti B, ddenotata bi “u/jew”, għall-istess skop nutrizzjonali, il-manifattur għandu l-għażla li juża jew wieħed minn inkella ż-żewġ gruppi ta’ karatteristiċi essenzjali, sabiex jikseb l-iskop nutrizzjonali ddefinit fil-kolonna 1. Għal kull għażla d-dikjarazzjonijiet korrespondenti ta’ l-ittikkettjar huma mogħtija biswit il-kolonna 4.

    2.

    Meta grupp ta’ addittivi huwa msemmi fil-kolonna 2 jew fil-kolonna 4 tal-Parti B l-addittiv(i) wżati għandhom ikunu awtoriżżati fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) bħala li huma korrespondenti għall-karatteristika essenzjali speċifikata.

    3.

    Meta s-sors(i) ta’ l-ingredjenti jew tal-kostitwenti analitiċi huwa (huma) meħtieġa fil-kolonna 4 tal-Parti B, il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni preċiża (e.g. l-isem speċifiku ta’ l-ingredjent(i), l-ispeċi ta’ l-annimali jew ta’ parti mill annimal) li jippermettu l-evalwazzjoni tal-konformità tal-materjali ta’ l-għalf bil-karatteristiċi essenzjali nutrizzjonalment korrespondenti.

    4.

    Meta d-dikjarazzjoni ta’ sustanza, ukoll awtoriżżata bħala addittiv, hi meħtieġa fil-kolonna 4 tal-Parti B u hija akkumpanjata bl-espressjoni “total” il-kontenut iddikjarat għandu jirreferi għal, kif xieraq, il-kwantità naturalment preżenti meta xejn ma jkun miżjud jew, b’deroga mid-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2), il-kwantità totali tas-sustanza naturalment preżenti u l-ammont miżjud bħala addittiv.

    5.

    Id-dikjarazzjonijiet meħtieġa fil-kolonna 4 ta’-Parti B bir-referenza “jekk miżjuda” huma obbligatorji meta l-ingredjent jew l-addittiv ikun ġie inkorporat jew miżjud speċifikament biex jippermetti l-ksib ta’ l-iskop nutrizzjonali partikolari.

    6.

    Id-dikjarazzjoni li għandha tingħata bi qbil mal-kolonna 4 tal-Parti B dwar il-kostitwenti analitiċi u l-additivi għandha tkun kwantitattiva.

    7.

    Il-perijodu rrakkomandat ta’ l-użu indikat fil-kolonna 5 tal-Parti B jindika l-medda li fiha l-iskop nutrizzjonali għandu normalment ikun miksub. Il-manifatturi jistgħu jirreferu għal perijodi aktar preċiżi ta’ użu, fil-limiti stabbiliti.

    8.

    Meta materjal ta’ l-għalf huwa intiż li jissodisfa aktar minn skop nutrizzjonali wieħed, dan għandu jkun konformi mal-kitbiet korrispondenti fil-Parti B.

    9.

    Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf kumplimentari li huma intiżi għall-iskopijiet partikolari nutrizzjonali, gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kull jum għandha tkun ipprovduta fl-istruzzjonijiet għall-użu kif murija fuq it-tikketta.

    PARTI B

    Lista ta’ użu intiż

    Skop partikolari nutrizzjonali

    Karatteristiċi essenzjali nutrizzjonali

    Speċi jew kategorija ta’ l-annimali

    Dikjarazzjonijiet ta’ l-ittikkettjar

    Tul rrakkomandat għall-użu

    Dispożizzjonijiet oħra

    (1)

    (2)

    (3)

    (4)

    (5)

    (6)

    Sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta’ insuffiċjenza renali (3)

    Livell baxx ta’ fosfru u livell ristrett ta’ proteina imma ta’ kwalità għolja

    Klieb u qtates

    Sors(i) ta’ Proteina

    Kalċju

    Fosfru

    Potassju

    Sodju

    Kontenut ta’ aċidi grassi essenzjali (jekk miżjuda)

    Inizjalment sa 6 xhur (4)

    Indika fuq il-pakkett, ik-il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkomandat li l-opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta’ l-użu.”

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    “Ilma jrid ikun disponibbli l-ħin kollu.”

    Dissoluzzjoni ta’ ġebel struwittiv (5)

    Propjetajiet aċidifikanti ta’ l-urina, livell baxx ta’ manjeżju, u livell ristrett ta’ proteina imma ta’ kwalità għolja

    Klieb

    Sors(i) ta’ Proteina

    Kalċju

    Fosfru

    Sodju

    Manjeżju

    Potassju

    Kloridi

    Kubrit

    Sustanzi aċidifikanti ta’ l-urina

    5 sa 12-il ġimgħa

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    “Ilma jrid ikun disponibbli l-ħin kollu.”

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkommandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

    Propjetajiet aċidifikanti ta’ l-urina u livell moderat ta’ manjeżju

    Qtates

    Kalċju

    Fosfru

    Sodju

    Manjeżju

    Potassju

    Kloridi

    Kubrit

    Total ta’ zokkor

    Sustanzi aċidifikanti ta’ l-urina

    Tnaqqis ta’ rikorrenza tal-ġebla struttiva (5)

    Propjetajiet aċidifikanti ta’ l-urina u livell moderat ta’ manjeżju

    Klieb u qtates

    Kalċju

    Fosfru

    Sodju

    Manjeżju

    Potassju

    Kloridi

    Kubrit

    Sustanzi aċidifikanti ta’ l-urina

    Sa 6 xhur

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

    Tnaqqsis tal-formazzjoni tal-ġebla uratika

    Livell baxx ta’ purini, livell baxx ta’ proteina imma ta’ kwalità għolja

    Klieb u qtates

    Sors(i) ta’ Proteina

    Sa 6 xhur imma użu għal tul il-ħajja f’każijiet ta’ disturbanza irreversibbli tal-metaboliżżmu b’ aċidu urikuż

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

    Tnaqqsis tal-formazzjoni tal-ġebla oxalika

    Livell baxx ta’ kalċju, livell baxx ta’ vitamina D u propjetajiet alkalizzanti ta’ l-urina

    Klieb u qtates

    Fosfru

    Kalċju

    Sodju

    Manjeżju

    Potassju

    Kloridi

    Kubrit

    Total vitamina D

    Idroxiprolina

    Sustanzi alkalizzanti ta’ l-urina

    Sa 6 xhur

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

    Tnaqqsis tal-formazzjoni tal-ġebla ċistina

    Livell baxx ta’ proteina, livell moderat ta’ aċidi amino tal-kubrit u propjetajiet alkalizzanti ta’ l-urina

    Klieb u qtates

    Total ta’ aċidi amino tal-kubrit

    Sodju

    Potassju

    Kloridi

    Kubrit

    Sustanzi alkalizzanti ta’ l-urina

    Inizjalment sa sena

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta’ l-użu.”

    Tnaqqis ta’ l-intolleranzi għall-ingredjenti u n-nutriment (6)

    Sorsi ta’ proteina magħżula

    Klieb u qtates

    Sors(i) ta’ Proteina

    Kontenut ta’ l-aċidi grassi essenzjali (jekk miżjuda)

    3 sa 8 ġimgħat jekk jisparixxu s-sinjali ta’ l-intolleranza dan l-ikel jista’ jintuża indefinittivament

     

    u/jew

     

    Sorsi magħżula tal-karbo-idrati (s)

    Sors(i) ta’ Karbo-idrati

    Kontenut ta’ aċidi grassi essenzjali (jekk miżjuda)

    Riduzzjoni ta’ disordni assorbittiva intestinali akuta

    Livell aktar għoli ta' elettroliti u l-ingredjenti li jkunu diġeriti malajr

    Klieb u qtates

    Ingredjenti li jiġu diġeriti b’ mod mgħaġġel kif ukoll it-trattament tagħhom jekk xieraq

    Sodju

    Potassju

    Sors(i) ta’ sustanzi muċilaġġini (jekk miżjuda)

    1 sa 2 ġimgħat

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Matul perijodi ta’ jew l-irkuprar minn dijarreja akuta.”

    “Huwa rrakkomandat li l-opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

    Kumpens għal diġestjoni ħażina (7)

    Ingredjenti li jiġu diġeriti malajr u livell aktar baxx ta’ xaħam

    Klieb u qtates

    Ingredjenti ferm diġeriti inkluż it-trattament tagħhom jekk xieraq

    3 sa 12-il ġimgħa, imma durata għal-ħajja fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-pankreja

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkomandat li l-opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

    Sostenn għall-funzjoni tal-qalb fil-każ ta’ insuffiċjenza kardijaka

    Livell baxx ta’ melħ u proporzjon miżjuda ta’ K/Na

    Klieb u qtates

    Sodju

    Potassju

    Manjeżju

    Inizjalment sa 6 xhur

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta’ l-użu.”

    Regolazzjoni ta’ forniment ta’ zokkor (Dijabete mellitus)

    Livell baxx ta’ karbo-idrati li jirrilaxxaw iz-zokkor b’mod mgħaġġel

    Klieb u qtates

    Sors(i) ta’ Karbo-idrati

    Trattament ta’ karbo-idrati jekk xieraq

    Lamtu

    Total ta’ zokkor

    Fruttożi (jekk miżjuda)

    Kontenut ta’ aċidi grassi essenzjali (jekk miżjuda)

    Sors(i) ta’ aċidi grassi ta’ katina qasira u medja (jekk miżjuda)

    Inizjalment sa 6 xhur

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta’ l-użu.”

    Sosteniment tal-funzjoni tal-fwied fil-każ ta’ l-insuffiċjenza kronika tal-fwied

    Proteini ta’ kwalità għolja, livell moderat ta’ proteina, livell għoli ta’ aċidi grassi essenzjali u livell għoli ta’ karboidrati diġeribbli sew

    Klieb

    Sors(i) ta’ Proteina

    Kontenut ta’ aċidu grass essenzjali

    Karboidrati ta’ diġeribilità għolja inkluż it-trattament tagħhom jekk xieraq

    Sodju

    Total ta’ ram

    Inizjalment sa 6 xhur

    Indika fuq il-pakket, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Hu rrakkomandat li l-opinjoni tal-veterinarju tiġi meħuda qabel l-użu jew qabel ma jiġi estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    “L-ilma għandu jkun disponibbli f’kull ħin.”

    Proteina ta’ kwalità għolja, livell moderat ta’ proteina u livell għoli ta’ aċidi grassi essenzjali

    Qtates

    Sors(i) ta’ Proteina

    Sors(i) ta’ proteina

    Sodju

    Total ta’ ram

    Inizjalment sa 6 xhur

    Indika fil-pakket, fil-kontenitur jew fit-tikketta:

    “Hu rrakkomandat li tiġi mitluba l-opinjoni tal-veterinarju qabel l-użu jew qabel ma jiġi estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    “L-ilma għandu jkun disponibbli f’kull ħin.”

    Regolazzjoni ta’ metaboliżżmu lipidu fil-każ ta’ iperlipidimija

    Livell baxx ta’ xaħam u livell għoli ta’ aċidi grassi essenzjali

    Klieb u qtates

    Kontenut ta’ aċidi essenzjali grassi

    Kontenut ta’ aċidi essenzjali grassi n-3 (jekk miżjuda)

    Inizjalment sa xahrejn

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa ssuġġerit li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta’ l-użu.”

    Tnaqqis ta’ ram fil-fwied

    Livell baxx ta’ ram

    Klieb

    Total ta’ ram

    Inizjalment sa 6 xhur

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa ssuġġerit li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

    Tnaqqis tal-piż eċċessiv tal-ġisem

    Densità ta’ enerġija baxxa

    Klieb u qtates

    Valur ta’ l-enerġija

    Sakemm il-mira tal-piż tal-ġisem tkun ġiet milħuqa

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu, l-ammont tad-doża xierqa ta’ kuljum, għandha tkun irrakkommandata.

    Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza (8)

    Densità ta’ enerġija għolja, konċentrazzjonijiet għolja ta’ nutrijenti essenzjali u ingredjenti diġestibbli għolja

    Klieb u qtates

    Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli

    Valur ta’ l-enerġija

    Kontenut ta’ n-3 u n-6 aċidi grassi (jekk miżjuda)

    Sakemm ir-restawr ikun milħuq

    Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf speċjalment ippreżentati sabiex ikunu mogħtija via tubi, indika fuq il-pakkett, kontenitur jew tikketta:

    “Amministrazzjoni taħt is-superviżjoni veterinarja”

    Sostenn għall-funzjoni tal-ġilda fil-każ ta’ dermatożi u telf eċċessiv ta’ xagħar

    Livell għoli ta’ aċidi grassi essenzjali

    Klieb u qtates

    Kontenut ta’ aċidi essenzjali grassi

    Sa xahrejn

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    “Huwa ssuġġerit li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta’ l-użu.”

    Tnaqqis tar-riskju tad-deni tal-ħalib

    Livell baxx ta' kalċju

    Baqar li jipproduċu l-ħalib

    Kalċju

    Fosfru

    Manjeżju

    Minn ġimgħa sa 4 ġimgħat qabel ma jwelldu

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    “Tibqax titma' wara li jwelldu”

    u/jew

     

     

     

    Proporzjoni cations/anions baxxa

    Kalċju

    Fosfru

    Sodju

    Potassju

    Kloridi

    Kubrit

    Minn ġimgħa sa 4 ġimgħat qabel ma jwelldu

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    “Tibqax titma' wara li jwelldu”

    jew

     

     

     

    Livell għoli ta' zeolite (synthetic sodium aluminium silicate)

    Kontenut ta' synthetic sodium aluminium silicate

    Il-ġimagħejn qabel ma jwelldu

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    L-ammont ta' għalf għandu jkun ristrett biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm teħid kuljum ta' iżjed minn 500g sodium aluminium silicate għal kull annimal

    “Tibqax titma' wara li jwelldu”

    jew

     

     

     

    Livell għoli ta' kalċju fil-forma ta' mluħ tal-kalċju disponibbli ħafna

    Kontenut totali ta' kalċju, sorsi u kwantità rispettiva ta' kalċju

    Ibda ma' l-ewwel sinjali ta' tqala sa jumejn wara t-tqala

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    L-istruzzjoni għall-użu jiġifieri n-numru ta' applikazzjonijiet u ż-żmien qabel u wara li jwelldu

    It-test: “Huwa rrakkomandat li titlob opinjoni minn espert nutrizzjonali qabel l-użu.”

    Tnaqqis tar-riskju ta’ ketożi (9)  (10)

    Ingredjenti li jipprovdu sorsi ta’ enerġija glukoġenika

    Baqar u nagħaġ tal-ħalib

    Ingredjenti li jipprovdu glukoġeniku

    Propan-1,2 diol (jekk miżjud bħala prekursur taz-zokkor)

    Gliċerol (jekk miżjud bħala prekursur taz-zokkor)

    3 sa 6 ġimgħat qabel ma’ jwelldu l-għoġġiela (11)

    L-aħħar 6 ġimgħat qabel u l-ewwel 3 ġimgħat wara li jwelldu l-ħrief (12)

     

    Tnaqqis tar-riskju tat-tetnu (ipomanjesjamija)

    Livell għoli ta’ magnjeżju, karboidrati faċilment disponibbli, livell moderat ta’ proteina u livell baxx ta’ potassju

    Ruminanti

    Lamtu

    Total ta’ zokkor

    Manjeżju

    Sodju

    Potassju

    3 sa 10 ġimgħat matul perijodi ta’ tkabbir ta’ malajr tal-ħaxix

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu, gwida għandha tkun ipprovduta fuq il-bilanċ tal-kwantità ta’ kuljum, f’dak li jirrigwardja l-inklużjoni tal-fibra u sorsi faċilment disponibbli ta’ l-enerġija.

    Fil-każ tal-materjali ta’ l-għalf għall-ovini indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Speċjalment għall-ħrief li jerdgħu.”

    Tnaqqis tar-riskju ta’ l-aċidożi

    Livell baxx ta’ karboidrati li jiffermentaw b’mod faċli u għandhom il-kapaċità ta’ lqugħ għolja

    Ruminanti

    Lamtu

    Total ta’ zokkor

    Massimu ta’ xahrejn (13)

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu, gwida għandha tkun ipprovduta fuq il-bilanċ tal-kwanitità ta’ kuljum, f’dak li jirrigwardja l-inklużjoni tal-fibra u sorsi faċilment fermentabbli tal-karboidrati.

    Fil-każ tal-materjali ta’ l-għalf għall-baqar li jreddgħu indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Speċjalment għal baqar ta’ produzzjoni għolja.”

    Fil-każ tal-materjali ta’ l-għalf għal ruminanti għas-simna indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Speċjalment għal dawk mitmugħa intensivament.” (14)

    Stabilizzazzjoni tal-bilanċ ta’ l-ilma u l-elettroliti

    Prinċipalment elettroliti u karboidrati li jkunu assorbiti malajr

    Għoġġiela

    Majjalini

    Nagħaġ

    Gidjien

    Ferħ taż-żwiemel

    Sors(i) ta’ Karboidrati

    Sodju

    Potassju

    Kloridi

    Ġurnata sa 7 tijiem (ġurnata sa 3 ijiem jekk mitmugħa esklussivament)

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Fil-każ ta’ riskju ta’ matul il-perijodi ta’, jew l-irkuprar minn disturbanza diġenstiva (dijarreja).”

    “Huwa ssuġġerit li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

    Tnaqqis tar-riskju ta’ kalkul urinarju

    Livell baxx ta’ fosfru, manjeżju u propjetajiet ta’ l-urina aċidifikanti

    Ruminanti

    Kalċju

    Fosfru

    Sodju

    Manjeżju

    Potassju

    Kloridi

    Kubrit

    Sustanzi aċidifikanti ta’ l-urina

    Sa 6 ġimgħat

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Speċjalment għal dawk mitmugħa intensivament.”

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    “Ilma jrid ikun disponibbli il-ħin kollu.”

    Tnaqqis ta’ reazzjonijiet ta’ l-istress

    Livell għoli ta’ manjeżju

    Majjali

    Manjeżju

    Ġurnata sa 7 tijiem

    Gwida għandha tkun ipprovduta dwar is-sitwazzjoni f’liema użu ta’ dan l-ikel huwa xieraq

    u/jew

     

    Ingredjenti li jkunu diġeriti malajr

    Ingredjenti li jiġu diġeriti b’ mod mgħaġġel kif ukol lit-trattament tagħhom jekk xieraq

    Kontenut ta’ l-aċidi essenzjali grassi n-3 (jekk miżjuda)

    Stabilizzazzjoni ta’ diġestjoni fiżjoloġika

    Kapaċità ta’ lqugħ baxxa, u ingredjenti li jkunu diġeriti malajr

    Majjalini

    Ingredjenti li jiġu diġeriti b'mod mgħaġġel kif ukol lit-trattament tagħhom jekk xieraq

    Kapaċità ta’ lqugħ

    Sors(i) ta’ sustanzi astrinġenti (jekk miżjuda)

    Sors(i) ta’ sustanzi muċilaġini (jekk miżjuda)

    Ġimagħtejn sa 4 ġimgħat

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Fil-każ ta’ riskju ta’ matul il-perijodi ta’, jew l-irkuprar minn disturbanza diġestiva.”

    Ingredjenti li jkunu diġeriti malajr

    Majjali

    Ingredjenti li jiġu diġeriti b’mod mgħaġġel kif ukoll it-trattament tagħhom jekk xieraq

    Sors(i) ta’ sustanzi astrinġenti (jekk miżjuda)

    Sors(i) ta’ sustanzi muċilaġini (jekk miżjuda)

    Tnaqqis tar-riskju ta’ konstipazzjoni

    Ingredjenti li jistimulaw il-passaġġ intestinali

    Majjali femminili

    Ingredjenti li jistimulaw il-passaġġ intestinali

    10 sa 14-il ġurnata qabel u 10 sa 14-il ġurnata wara t-twelid tal-majjalini

     

    Tnaqqis tar-riskju tas-sindromu tal-fwied imxaħħam

    Enerġija baxxa u proporzjon għoli ta’ l-enerġija metaboliżżabbli minn lipidi b’livell għoli ta’ aċidi grassi polisaturati

    Tiġieġ li jbidu

    Valur Enerġiku (kkalkulat skond il-metodu KE)

    Perċentwali ta’ enerġija metabilizzabbli mil-lipidi

    Kontenut ta’ aċidi grassi polisaturizzati

    Sa 12-il ġimgħa

     

    Kumpens għal assorbiment hażin

    Livell baxx ta’ aċidi grassi saturati u livell għoli ta’ vitamini mxaħħma li jinħallu fl-ilma

    Tjur apparti milli wiżż u ħamiem

    Perċentwali ta’ aċidi grassi saturati meta mqabbla mat-total ta’ aċidi grassi

    Total ta’ vitamina A

    Total ta’ vitamina D

    Total ta’ vitamina E

    Total ta’ vitamina K

    Matul l-ewwel ġimagħtejn wara t-tfaqqis

     

    Kumpens għal insuffiċjenza kronika fil-funzjonijiet ta’ l-imsaren iż-żgħar

    Karboidrati diġestibbli prekaekalli għolja

    Ekwini (15)

    Sorsi ta’ karbo-idrati diġestibbli għolja, proteini, u xaħmijiet, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli

    Inizjalment sa sitt xhur

    Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta’ l-għalf huwa xieraq u l-manjiera li biha għandhom ikunu amministrati bħala għalf inklużi ikliet żgħar ta’ kuljum

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

    Kumpens għal disordni diġestiva kronika ta’ l-intestini l-kbar

    Fibra ferm diġestibbli

    Ekwini

    Sors(i) tal-fibra

    Kontenut ta’ n-3 aċidi grassi (jekk miżjuda)

    Inizjalment sa sitt xhur

    Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta’ l-għalf huwa xieraq u l-manjiera li biha għandhom ikunu amministrati bħala għalf

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

    Tnaqqis tar-reazzjonijiet ta’ l-istress

    Ingredjenti ferm diġestibbli

    Ekwini

    Manjeżju

    Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli

    Kontenut ta’ n-3 aċidi grassi (jekk miżjuda)

    Minn 2 sa 4 ġimgħat

    Gwida għandha tkun ipprovduta dwar is-sitwazzjonijiet preċiżi li fihom l-użu ta’ l-għalf huwa xieraq

    Kumpens għat-telf ta’ l-elettrolite fil-każi ta’ għaraq żejjed

    Elettrolite predominanti u karbo-idrati faċiliment assorbibbli

    Ekwini

    Kalċju

    Sodju

    Manjeżju

    Potassju

    Kloridi

    Glukożju

    Minn wieħed sa 3 ijiem

    Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta’ l-għalf huwa xieraq

    Meta l-għalf jikkorrispondi għal parti sinifikanti tal-kwantità ta' kuljum, għandha tkun ipprovduta gwida biex ikun evitat ir-riskju ta' tibdil f'daqqa fin-natura ta' l-għalf

    Indika fuq l-istruzzjonijiet għall-użu:

    “L-ilma għandu jkun disponibbli il-ħin kollu.”

    Restawr nutrizzjonali, konvalixxenza

    Konċentrazzjoni għolja tan-nutrimenti essenzjali u ta’ l-ingredjenti ferm diġestibbli

    Ekwini

    Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli

    Kontenut ta’ n-3 u n-6 aċidi grassi (jekk miżjuda)

    Sakemm ir-restawr ikun milħuq

    Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta’ l-għalf huwa xieraq

    Fil-każ ta’ għalf speċjalment ippreżentat li għandu jkun mogħti via it-tubi, indika fuq il-pakkett, kontenitur jew tikketta:

    “Amministrazzjoni taħt is-superviżjoni veterinarja.”

    Sostenn tal-funzjoni tal-fwied fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-fwied

    Livell baxx ta’ proteina ta’ kwalità għolja u karboidrati diġestibbli għoljin

    Ekwini

    Proteini u sorsi ta’ fibra

    Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli

    Metjonin

    Kolin

    Kontenut ta’ n-3 aċidi grassi (jekk miżjuda)

    Inizjalment sa 6 xhur

    Gwida għandha tkun ipprovduta dwar il-manjiera li permezz tagħha l-għalf għandu jkun mitmugħ, inklużi diversi ikliet żgħar kuljum

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

    Sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta’ insuffeċjenza kronika renali

    Livell baxx ta’ proteina imma ta’ kwalità għolja u livell baxx ta’ fosfru

    Ekwini

    Sors(i) ta’ Proteina

    Kalċju

    Fosfru

    Potassju

    Manjeżju

    Sodju

    Inizjalment sa 6 xhur

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    “Huwa rrakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

    Indika fuq l-istruzzjonijiet ta’ l-użu:

    “L-ilma għandu jkun disponibbli il-ħin kollu.”


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

    (3)  Jekk xieraq il-manifattur jista’ wkoll jirrakkomanda l-użu ta’ insuffiċjenza renali temporanja.

    (4)  Jekk il-materjal ta’ l-għalf huwa rrakkomandat għal insuffiċjenza renali temporanja il-perijodu rrakkomandat ta’ l-użu għandu jkun minn ġimagħtejn sa erbgħa’ ġimgħat.

    (5)  Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għall-qtates “marda tal-passaġġ baxx ta’ l-urina tal-qtates” jew “sindromu uroloġiku tal-qtates - F.U.S” jista’ jikkumpensa l-iskop nutrittiv partikolari.

    (6)  Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għal intolleranza partikolari, referenza għall-intolleranza speċifika tista’ tirrimpjazza “ingredjent u nutrijent”.

    (7)  Il-manifattur jista jikkompleta l-iskop nurtittiv partikolari mar-referenza: “insuffiċjenza essokrina pankrejatika”.

    (8)  Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għall-qtates, il-manifattur jista jżid l-iskop nutrizzjonali partikolari b’referenza għal “Lipidosi ħepatika fellina”.

    (9)  It-terminu “ketożi” jista’ jkun irrimpjazzat minn “aċetonemja”.

    (10)  Il-manifatturi jistgħu ukoll jirrakkomandaw l-użu għall-irkupru tal-ketożi.

    (11)  Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għall-baqar tal-ħalib.

    (12)  Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għan-nagħaġ.

    (13)  Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għall-baqar tal-ħalib: “massimu ta’ xahrejn mill-bidu tal-lattazzjoni.”

    (14)  Indika l-kategorija tar-ruminanti kkonċernati.

    (15)  Fil-każ ta’ materjali ta’ l-ikel li huma speċjalment ippreparati sabiex jilħqu l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ annimali ferm xjuħ (ingredjenti faċilment diġestibbli), referenza għal “annimali xjuħ” għandha tkun inkluża fl-indikazzjoni tal-ispeċje jew tal-kategorija ta’ l-annimali.


    ANNESS II

    PARTI A

    Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

    (imsemmi fl-Artikolu 2)

    Direttiva tal-Kummissjoni 94/39/KE

    (ĠU L 207, 10.8.1994, p. 20)

    Direttiva tal-Kummissjoni 95/9/KE

    (ĠU L 91, 22.4.1995, p. 35)

    Direttiva tal-Kummissjoni 2002/1/KE

    (ĠU L 5, 9.1.2002, p. 8)

    Direttiva tal-Kummissjoni 2008/4/KE

    (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 4)

    PARTI B

    Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

    (imsemmi fl-Artikolu 2)

    Direttiva

    Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

    94/39/KE

    30 ta’ Ġunju 1995

    95/9/KE

    30 ta’ Ġunju 1995

    2002/1/KE

    20 ta’ Novembru 2002

    2008/4/KE

    30 ta' Lulju 2008


    ANNESS III

    Tabella ta’ korrelazzjoni

    Direttiva 94/39/EC

    Din id-Direttiva

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Anness

    Anness I

    Anness II

    Anness III


    Top