EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1242

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1242/2004 tat- 28 Ġunju 2004 li jagħti derogi lill-Istati Membri l-ġodda minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002 dwar livelli ta' referenza ta' flotot tas-sajd

ĠU L 142M, 30/05/2006, p. 98–99 (MT)
ĠU L 236, 07/07/2004, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1380

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1242/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

98


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1242/2004

tat-28 Ġunju 2004

li jagħti derogi lill-Istati Membri l-ġodda minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002 dwar livelli ta' referenza ta' flotot tas-sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (1) jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti livelli ta' referenza għall-flotta ta' kull Stat Membru bħala s-somma ta' l-oġġettivi għal kull sezzjoni tal-Programm ta' Gwida Pluriennali 1997-2002

(2)

L-Istati Membri l-ġodda ma għandhomx oġġettivi kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002.

(3)

Livelli ta' referenza setgħu jiġu stabbiliti biss għall-Istati Membri l-ġodda b'riferenza għall-livell tal-flotot tagħhom fil-mument ta' l-adeżjoni. Iżda, kieku dak kien il-każ, obbligi previsti fil-paragrafi 2 u 4 ta' l-artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru.2371/2002 kienu jkunu superfluwi, billi dawn l-obbligi kienu jkunu jikkoinċidu f'xi partijiet ma' dawk li joriġinaw mill-iskema ta' dħul/ħruġ prevista fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament.

(4)

Għalhekk mhux xieraq li jiġu ffissati l-livelli ta' referenza previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għall-Istati Membri l-ġodda, u lanqas li jiġu applikati għalihom l-Artiloki 11 (2) u 11 (4) ta' dak ir-Regolament, għaliex dan m'għandu jkollu l-ebda effett fuq l-amministrazzjoni tal-flotta mill-Istati Membri l-ġodda.

(5)

Minħabba l-perijodu ta' żmien qasir li matulu dawn l-Istati Membri ġodda jistgħu jagħtu għajnuna għat-tiġdid tal-flotta, mhux xieraq li jiġi mitlub li dawn il-flotot jitnaqqsu, kif previst fl-Artikolu 13 (2) tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002.

(6)

Għaldaqstant, għandhom jingħataw lill-Istati Membri l-ġodda derogi mid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga, l-Artikoli 11 (2), 11 (4), 12 u 13 (2) tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002 ma għandhomx japplikaw għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istai Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CULLEN


(1)  ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.


Top