This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0796
2012/796/EU: Commission Implementing Decision of 17 December 2012 on a third Union financial contribution pursuant to Council Directive 2000/29/EC for 2006 and 2007 to cover expenditure incurred by Portugal for the purpose of combating Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (pinewood nematode) (notified under document C(2012) 9356)
2012/796/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2012 dwar it-tielet kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE għall-2006 u l-2007 biex tiġi koperta n-nefqa mġarrba mill-Portugall bl-iskop li jinqered il- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al . (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9356)
2012/796/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2012 dwar it-tielet kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE għall-2006 u l-2007 biex tiġi koperta n-nefqa mġarrba mill-Portugall bl-iskop li jinqered il- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al . (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9356)
ĠU L 349, 19.12.2012, p. 66–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/66 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Diċembru 2012
dwar it-tielet kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE għall-2006 u l-2007 biex tiġi koperta n-nefqa mġarrba mill-Portugall bl-iskop li jinqered il-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu)
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9356)
(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)
(2012/796/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(6) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/923/KE (2) approvat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal programm ta’ miżuri introdott mill-Portugall, li għandu l-għan li fl-2006 u l-2007 jikkontrolla t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) fi Stati Membri oħra. Il-miżuri kienu jinkludu l-ħolqien ta’ faxxa li tkun ħielsa mis-siġar kollha ospitanti tal-vettur tan-nematodu tal-injam tal-arżnu, minn issa ‘l quddiem “il-faxxa ta’ konteniment fitosanitarju”. |
(2) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija bid-Deċiżjoni 2006/923/KE kienet imsejsa fuq il-programm għal aktar azzjonijiet għan-nematodu tal-injam tal-arżnu (minn issa ‘l quddiem: PWN) u l-istima tal-baġit li tirreferi għal dan il-programm kif imressaq mill-Portugall lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Lulju 2006. |
(3) |
Il-ħlasijiet finali lill-Portugall konnessi mal-azzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2006/923/KE saru f’Ġunju 2008. |
(4) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/851/UE (3), ingħata kofinanzjament addizzjonali tal-Unjoni ta’ EUR 3 986 138,36 lill-Portugall biex tiġi koperta kull spiża li tisboq l-istima inizjali ta’ Lulju 2006. |
(5) |
Meta ngħata dak il-kofinanzjament addizzjonali tal-Unjoni, it-talba mressqa mill-Portugall ma inkludietx il-kontijiet kollha relatati mal-istabbiliment ta’ faxxa ta’ konteniment fitosanitarju. |
(6) |
Bl-ittra tal-5 ta’ Diċembru 2011, l-awtoritajiet Portugiżi introduċew talba riveduta għal EUR 15 000 932,08. Dik it-talba inkludiet EUR 4 915 405,87 li kien għadhom ma tħallsux meta saret il-verifika preċedenti ta’ Lulju 2010 (il-verifika SANCO/10/2010) u li ma setgħux jiġu ddikjarati eliġibbli għall-kofinanzjament dak iż-żmien. Il-bqija ta’ dik it-talba l-ġdida hija magħmula mill-kostijiet għat-twaqqigħ ta’ għadd akbar ta’ siġar koniferi kbar u minn nefqa separata għall-eliminazzjoni tas-siġar koniferi żgħar. |
(7) |
F’Marzu 2012, il-Kummissjoni wettqet verifika abbażi tat-tagħrif imressaq mill-Portugall fil-5 ta’ Diċembru 2011. Wara l-eżami tad-dokumenti ta’ sostenn kollha għat-talba addizzjonali, u abbażi tar-rapport dwar dik il-verifika, il-Kummissjoni kkonkludiet li seta’ jiġi kkunsidrat biss ammont eliġibbli ta’ EUR 5 044 839,72 ta’ fatturi mħallsa (inklużi l-kostijiet ta’ koordinazzjoni) Instab li l-bqija tan-nefqa mitluba mhix eliġibbli għall-kofinanzjament, billi tikkonċerna nefqa li diġà ġiet kofinanzjata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/851/UE (EUR 2 024 128,16) u nefqa ta’ EUR 7 931 964,20 marbuta ma’ siġar żgħar, li l-bżonn għaliha ma ġiex ġustifikat kif xieraq mill-Portgall. |
(8) |
Billi l-miżuri inklużi fil-talba addizzjonali huma tal-istess natura u għandhom l-istess għan bħall-miżuri tad-Deċiżjoni 2006/923/KE, huwa xieraq li tiġi allokata l-istess rata ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni bħal fid-deċiżjoni, jiġifieri rata ta’ 75 %. |
(9) |
Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (4), il-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali huma ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal finijiet tal-kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament imsemmi hawn fuq. |
(10) |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5) u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkun ippreċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom jkunu ġew iddelegati s-setgħat, filwaqt li jiġu stipulati l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa. |
(11) |
Id-deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament għan-nefqa mressqa fit-talba ta’ kofinanzjament ippreżentati mill-Portugall. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-prinċipju
L-allokazzjoni tat-tielet kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni biex tiġi koperta n-nefqa mġarrba mill-Portugall fl-2006 u l-2007 marbuta mal-istabbiliment ta’ faxxa ta’ konteniment fitosanitarju u dan biex jiġi kkontrollat in-nematodu tal-injam tal-arżnu, hija hawnhekk approvata.
Artikolu 2
L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni
Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 hija ta’ EUR 3 783 629,79.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 354, 14.12.2006, p. 42.
(3) ĠU L 335, 17.12.2011, p. 107.
(4) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.