Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0755

    Kawża T-755/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Nissan Motor vs EUIPO – VDL Groep (VDL E-POWER) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VDL E-POWER – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti e-POWER – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

    ĠU C 2, 3.1.2022, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 2/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Nissan Motor vs EUIPO – VDL Groep (VDL E-POWER)

    (Kawża T-755/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VDL E-POWER - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti e-POWER - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

    (2022/C 2/49)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Nissan Motor Co. Ltd (Yokohama-shi, il-Ġappun) (rappreżentant: P. Martini-Berthon, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: VDL Groep BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Rijks, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2020 (Każ R 2914/2019-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nissan Motor u VDL Groep.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Nissan Motor Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ VDL Groep BV.


    (1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


    Top