This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0270
Case T-270/17: Judgment of the General Court of 27 October 2021 — Clean Sky 2 Joint Undertaking v Revoind Industriale di Pindaru Gelu (Arbitration clause — Grant agreement concluded in the framework of the Seventh Framework Programme for research and technological development including demonstration activities (2007-2013) — Non-performance of the contract — Repayment of the amounts advanced — Default interest — Procedure by default)
Kawża T-270/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Enterprise commune Clean Sky 2 vs Revoind Industriale di Pindaru Gelu (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007 – 2013) – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt – Rimbors tas-somom antiċipati – interessi moratorji – Proċedura fil-kontumaċja”)
Kawża T-270/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Enterprise commune Clean Sky 2 vs Revoind Industriale di Pindaru Gelu (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007 – 2013) – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt – Rimbors tas-somom antiċipati – interessi moratorji – Proċedura fil-kontumaċja”)
ĠU C 2, 3.1.2022, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Enterprise commune Clean Sky 2 vs Revoind Industriale di Pindaru Gelu
(Kawża T-270/17) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007 – 2013) - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Rimbors tas-somom antiċipati - interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)
(2022/C 2/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Enterprise commune Clean Sky 2 (rappreżentanti: B. Mastantuono, aġent, assistit minn M. Velardo, avukat)
Konvenut: Revoind Industriale di Pindaru Gelu Sas (Ruma, l-Italja)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna ta’ Revoind Industriale di Pindaru Gelu sabiex tirrimborsa l-ammont tad-depożitu mħallas fil-kuntest tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 620108, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1) |
Revoind Industriale di Pindaru Gelu Sas hija kkundannata tħallas lill-impriża konġunta Clean Sky 2 is-somma ta’ EUR 625 793,42, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata annwali ta’ 3,50 % b’effett, mis-7 ta’ Frar 2017 sad-data talħlas sħiħ tad-dejn. |
2) |
Revoind Industriale di Pindaru Gelu hija kkundannata għall-ispejjeż. |