This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0833
Case T-833/16: Action brought on 28 November 2016 — Karp v Parliament
Kawża T-833/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Karp vs Il-Parlament
Kawża T-833/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Karp vs Il-Parlament
ĠU C 46, 13.2.2017, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/19 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Karp vs Il-Parlament
(Kawża T-833/16)
(2017/C 046/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kevin Karp (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lambers u R. Ben Ammar, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità mogħtija s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg għall-grupp EFDD fi ħdan il-Parlament Ewropew li kklassifikat lir-rikorrenti fil-grupp ta’ funzjonijiet I bħala assistent parlamentari akkreditat (APA) skont kuntratt iffirmat fil-25 ta’ Frar 2015 u fil-grupp ta’ funzjonijiet II fil-kuntest tal-kuntratt ta’ impjieg iffirmat fit-12 ta’ Mejju 2016; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni materjali u morali subiti mir-rikorrent li ġew stmati provviżorjament li jammontaw għal EUR 40 888,68 u EUR 63 323,20 EUR rispettivament; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż tiegħu u ta’ dawk tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka żewġ motivi;
1. |
L-ewwel motiv jallega ksur tal-Artikolu 80 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea
|
2. |
It-tieni motiv, jallega ksur tal-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea
|