Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0291

    Kawża T-291/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ottubru 2014 – Portovesme vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffa preferenzjali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Għajnuna ġdida — Ugwaljanza fit-trattament — Terminu raġonevoli” )

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Portovesme vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-291/11) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Tariffa preferenzjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Għajnuna ġdida - Ugwaljanza fit-trattament - Terminu raġonevoli”))

    2014/C 421/39

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Portovesme Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Ciulli, G. Dore, M. Liberati u A. Vinci, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba għall-annullament totali, jew parzjali “sa fejn jitqies raġjonevoli”, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/746/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/B/04 (ex NN 58/04) u C 13/06 (ex N 587/05) implementata mill-Italja favur Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA (ĠU L 309, p. 1), u, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjoni msemmija sa fejn fiha hemm ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Portovesme Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 232, 06.08.2011.


    Top