This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0699
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/699 of 3 May 2022 amending Regulation (EU) 2021/821 of the European Parliament and of the Council by removing Russia as a destination from the scope of Union general export authorisations
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/699 tat-3 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jneħħi lir-Russja bħala destinazzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-Unjoni
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/699 tat-3 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jneħħi lir-Russja bħala destinazzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-Unjoni
C/2022/2885
ĠU L 130I, 4.5.2022, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 130/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/699
tat-3 ta’ Mejju 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jneħħi lir-Russja bħala destinazzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-dawl tal-attakk illegali tar-Russja fuq l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u t-theddid rispettiv għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni, l-Unjoni ddeċidiet li timponi aktar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju u fuq il-forniment ta’ servizzi relatati. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/328 (2) jimponi, fost l-oħrajn, restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju u fuq il-forniment ta’ servizzi relatati. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/394 (3) jimponi wkoll restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġiji tan-navigazzjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/428 (4) jimponi restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ tagħmir, teknoloġija u servizzi għall-industrija tal-enerġija tar-Russja (minbarra l-industrija nukleari u s-settur downstream tat-trasport tal-enerġija). Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/576 (5) jimponi restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-esportazzjoni fuq firxa ta’ teknoloġiji avvanzati. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/821 jintroduċi tmien awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti lejn ċerti destinazzjonijiet taħt kundizzjonijiet u rekwiżiti speċifiċi. Bħalissa, tliet awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-Unjoni jistgħu jintużaw għall-esportazzjonijiet lejn ir-Russja: EU003 (riesportazzjoni ta’ oġġetti wara tiswija jew sostituzzjoni fl-UE), EU004 (esportazzjoni ta’ oġġetti għal fieri jew wirjiet), EU005 (esportazzjonijiet ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjoni). |
(3) |
Fid-dawl tal-azzjonijiet tal-Unjoni kontra r-Russja, huwa xieraq li r-Russja titneħħa mil-listi ta’ destinazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-Unjoni Nri EU003, EU004 u EU005 sabiex ir-Russja ma titħalliex tikseb aċċess għal teknoloġiji kritiċi u oġġetti b’użu doppju. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2021/821 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Fid-dawl tat-theddida diretta għall-paċi u s-sigurtà Ewropea maħluqa mill-kunflitt, jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ urġenza għat-tneħħija tar-Russja mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-Unjoni Nru EU003, EU004, u EU005. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li tapplika l-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2021/821 u jenħtieġ li dan l-att delegat jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/821 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/328 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 49, 25.2.2022, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/394 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 81, 9.3.2022, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/428 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 87I, 15.3.2022, p. 13).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/576 tat-8 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 111, 8.4.2022, p. 1).
ANNESS
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-Taqsima C “ESPORTAZZJONI WARA TISWIJA/SOSTITUZZJONI”, il-Parti 2 “Destinazzjonijiet”, l-inċiż li jikkonċerna r-Russja huwa mħassar; |
(2) |
fit-Taqsima D “ESPORTAZZJONI TEMPORANJA GĦAL WIRJA JEW FIERA”, il-Parti 2 “Destinazzjonijiet”, l-inċiż li jikkonċerna r-Russja huwa mħassar; |
(3) |
fit-Taqsima E “TELEKOMUNIKAZZJONIJIET”, il-Parti 2 “Destinazzjonijiet”, l-inċiż li jikkonċerna r-Russja huwa mħassar. |