Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 32005D0592

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/592/PESK tad- 29 ta' Lulju 2005 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

    ĠU L 200, 30.7.2005, p. 98-104 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 364-370 (MT)
    Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 18 Volum 004 P. 37 - 43

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (BG)

    Statutul juridic al documentului care nu mai este în vigoare, Data încetării: 14/02/2011; Impliċitament imħassar minn 32011D0101

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/592/oj

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    364


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/592/PESK

    tad-29 ta' Lulju 2005

    li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Bil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK il-Kunsill adotta miżuri, inter alia, biex jevita d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji ta' Stati Membri ta' individwi li jwettqu attivitajiet li jheddu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe u li jiffriżaw il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom.

    (2)

    Fit-13 ta' Ġunju 2005 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/444/PESK (2) li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe wara taqliba fil-Gvern.

    (3)

    Il-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi annessi għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi aġġornata biex tinkorpora dawk responsabbli għall-ksur attwali ta' drittijiet tal-bniedem magħrufa taħt l-isem “Operazzjoni Murambatsvina” (demolizzjoni bil-forza u spostament intern).

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-lista ta’ persuni mniżżla fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi sostitwita bil-lista mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, 29 ta' Lulju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. STRAW


    (1)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.

    (2)  ĠU L 153 tas-16.6.2005, p. 37.


    ANNESS

    Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 4 u 5 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK

    1.

    Mugabe, Robert Gabriel

    President, imwieled fil-21.2.1924

    2.

    Bonyongwe, Happyton

    Direttur-Ġenerali Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960

    3.

    Buka (magħruf ukoll bħala Bhuka), Flora

    Ministru ta' l-Affarijiet Speċjali responsabbli għal Programmi ta' l-Art u l-Istabbiliment mill-ġdid (Ex Ministru ta' l-Istat fl-Uffiċċji tal-Viċi-President u ex Ministru ta' l-Istat għall-Programm ta' Riforma ta' l-Art fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fil-25.2.1968

    4.

    Bvudzijena, Wayne

    Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Kelliem għall-Pulizija

    5.

    Chapfika, David

    Deputat Ministru tal-Finanzi (ex Viċi Ministru tal-Finanzi u ta' l-Iżvilupp Ekonomiku), imwieled fis-7.4.1957

    6.

    Charamba, George

    Segretarju Permanenti tad-Dipartiment għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-4.4.1963

    7.

    Charumbira, Fortune Zefanaya

    Ex Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Akkomodazzjoni Nazzjonali, imwieled fl-10.6.1962

    8.

    Chigudu, Tinaye

    Gvernatur Provinċjali: Manicaland

    9.

    Chigwedere, Aeneas Soko

    Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura, imwieled fil-25.11.1939

    10.

    Chihota, Phineas

    Deputat Ministru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali

    11.

    Chihuri, Augustine

    Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953

    12.

    Chimbudzi, Alice

    ZANU (PF) Membru tal-Kumitat Politburo

    13.

    Chimutengwende, Chen

    Ministru ta' l-Istat għall-Affarijiet Pubbliċi u Interattivi (ex Ministru tal-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet), imwieled fit-28.8.1943

    14.

    Chinamasa, Patrick Anthony

    Ministru tal-Ġustizzja u ta' l-Affarijiet Legali u Parlamentari, imwieled fil-25.1.1947

    15.

    Chindori-Chininga, Edward Takaruza

    Ex Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fl-14.3.1955

    16.

    Chipanga, Tongesai Shadreck

    Ex Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Interni, imwieled fl-10.10.1946

    17.

    Chitepo, Victoria

    ZANU (PF) Membru tal-Kumitat Politburo, imwieled fis-27.3.1928

    18.

    Chiwenga, Constantine

    Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex Kmandant ta' l-Armata, Logutenent Ġenerali), imwieled fil-25.8.1956

    19.

    Chiweshe, George

    President, ZEC (Imħallef fil-Qorti Suprema u President tal-kumitat kontroversjali dwar id-delimitazzjoni), imwieled fl-4.6.1953

    20.

    Chiwewe, Willard

    Gvernatur Provinċjali: Masvingo (ex Segretarju Anzjan responsabbli għall-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fid-19.3.1949

    21.

    Chombo, Ignatius Morgan Chininya

    Ministru tal-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Akkomodazzjoni Nazzjonali), imwieled fl-1.8.1952

    22.

    Dabengwa, Dumiso

    ZANU (PF) Membru Anzjan tal-Kumitat Politburo, imwieled fl-1939

    23.

    Damasane, Abigail

    Deputat Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, il-Ġeneri u l-Iżvilupp tal-Komunità

    24.

    Goche, Nicholas Tasunungurwa

    Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, ix-Xogħol u l-Ħarsien Soċjali (ex Ministru ta' l-Istat għas-Sigurtà Nazzjonalifl-Uffiċċju tal-President), imwieled fl-1.8.1946

    25.

    Gombe, G

    President, Kummissjoni Elettorali ta' Superviżjoni

    26.

    Gula-Ndebele, Sobuza

    Ex President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Superviżjoni

    27.

    Gumbo, Rugare Eleck Ngidi

    Ministru ta' l-Iżvilupp Ekonomiku (ex Ministru ta' l-Istat għall-Intrapriżi Statali u Parastatali fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fit-8.3.1940

    28.

    Hove, Richard

    ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Affarijiet Ekonomiċi imwieled fl-1935

    29.

    Hungwe, Josaya (a.k.a. Josiah) Dunira

    Ex Gvernatur Provinċjali: Masvingo, imwieled fis-7.11.1935

    30.

    Jokonya, Tichaona

    Ministru ta' l-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fis-27.12.1938

    31.

    Kangai, Kumbirai

    ZANU (PF) Membru tal-Kumitat Politburo, imwieled fis-17.2.1938

    32.

    Karimanzira, David Ishemunyoro Godi

    Gvernatur Provinċjali: Harare u ZANU (PF) Segretarju Politburo tal-Finanzi, imwieled fil-25.5.1947

    33.

    Kasukuwere, Saviour

    Deputat Ministru ta' l-Iżvilupp taż-Żgħażagħ u l-Ħolqien tax-Xogħol u ZANU (PF) Deputat SegretarjuPolitburo għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ, imwieled fit-23.10.1970

    34.

    Kaukonde, Ray

    Gvernatur Provinċjali: Mashonaland tal-Lvant, imwieled fl-4.3.1963

    35.

    Kuruneri, Christopher Tichaona

    Ex Ministru tal-Finanzi u ta' l-Iżvilupp Ekonomiku, imwieled fl-4.4.1949. NB fil-preżenti jinsab miżmum f'kustodja

    36.

    Langa, Andrew

    Deputat Ministru ta' l-Ambjent u t-Turiżmu u ex Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet

    37.

    Lesabe, Thenjiwe V.

    ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Affarijiet tan-Nisa, imwieled fl-1933

    38.

    Machaya, Jason (magħruf ukoll bħala Jaison) Max Kokerai

    Ex Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fit-13.6.1952

    39.

    Made, Joseph Mtakwese

    Ministru ta' l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (ex Ministru ta' l-Artijiet u ta' l-Istabbiliment mill-ġdid Agrikolu u Rurali, imwieled fil-21.11.1954

    40.

    Madzongwe, Edna (magħrufa wkoll bħala Edina)

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Produzzjoni u x-Xogħol, imwielda fil-11.7.1943

    41.

    Mahofa, Shuvai Ben

    Ex Deputat Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien tax-Xogħol, imwieled fl-4.4.1941

    42.

    Mahoso, Tafataona

    President, Kummissjoni ta' l-Informazzjoni tal-Medja

    43.

    Makoni, Simbarashe

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Ġenerali Politburo għall-Affarijiet Ekonomiċi (ex Ministru tal-Finanzi), imwieled fit-22.3.1950

    44.

    Makwavarara, Sekesai

    Aġent Sindku ta' Harare (ZANU-PF), responsabbli għall-amministrazzjoni tal-belt.

    45.

    Malinga, Joshua

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Persuni b'Diżabilità u l-Iżvantaġġati, imwieled fit-28.4.1944

    46.

    Mangwana, Paul Munyaradzi

    Ministru ta' l-Istat (ex Ministru taċ-Ċivil, ix-Xogħol u l-Ħarsien Soċjali), imwieled fl-10.8.1961

    47.

    Manyika, Elliot Tapfumanei

    Ministru bla Portafoll (ex Ministru ta' l-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien tax-Xogħol) imwieled fit-30.7.1955

    48.

    Manyonda, Kenneth Vhundukai

    Ex Deputat Ministru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali, imwieled fl-10.8.1934

    49.

    Marumahoko, Rueben

    Deputat Ministru ta' l-Intern (ex Deputat Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija), imwieled fl-4.4.1948

    50.

    Masawi, Ephrahim Sango

    Gvernatur Provinċjali: Mashonaland Ċentrali

    51.

    Masuku, Angeline

    Gvernatur Provinċjali: Matabeleland South (ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Persuni b'Diżabilitàu l-Iżvantaġġati), imwielda fl-14.10.1936

    52.

    Mathema, Cain

    Gvernatur Provinċjali: Bulawayo

    53.

    Mathuthu, Thokozile

    Gvernatur Provinċjali: Tramuntana ta' Matabeleland u ZANU(PF) Deputat Segretarju Politburo għat-Trasport u l-Ħarsien Soċjali

    54.

    Matiza, Joel Biggie

    Deputat Ministru ta' l-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali, imwieled fis-17.8.1960

    55.

    Matonga, Brighton

    Deputat Ministru ta' l-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-1969

    56.

    Matshalaga, Obert

    Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    57.

    Matshiya, Melusi (Mike)

    Segretarju Permanenti, Ministeru ta' l-Intern

    58.

    Mbiriri, Partson

    Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Iżvilupp Urban

    59.

    Midzi, Amos Bernard (Mugenva)

    Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri (ex Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija), imwieled fl-4.7.1952

    60.

    Mnangagwa, Emmerson Dambudzo

    Ministru ta' l-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali (ex Speaker tal-Parlament), imwieled fil-15.9.1946

    61.

    Mohadi, Kembo Campbell Dugishi

    Ministru ta' l-Intern (ex Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Akkomodazzjoni Nazzjonali), imwieled fil-15.11.1949

    62.

    Moyo, Jonathan

    Ex Ministru ta' l-Istat għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fit-12.1.1957

    63.

    Moyo, July Gabarari

    Ex Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija (ex Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, ix-Xogħol u l-Ħarsien Soċjali), imwieled fis-7.5.1950

    64.

    Moyo, Simon Khaya

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Affarijiet Legali, imwieled fl-1945. Ambaxxatur NB għall-Afrika t'Isfel

    65.

    Mpofu, Obert Moses

    Ministru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonaliex Gvernatur Provinċjali: Matabeleland tat-Tramuntana (ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għas-Sigurtà Nazzjonali), imwieled fit-12.10.1951

    66.

    Msika, Joseph W.

    Viċi-President, imwieled fis-6.12.1923

    67.

    Msipa, Cephas George

    Gvernatur Provinċjali: Midlands, imwieled fis-7.7.1931

    68.

    Muchena, Olivia Nyembesi (magħrufa ukoll bħala Nyembezi)

    Ministru ta' l-Istat għax-Xjenza u t-Teknoloġija fl- (magħruf ukoll bħala Nyembezi) Uffiċċju tal-President (ex Minsitru ta' l-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi President Msika), imwieled fit-18.8.1946

    69.

    Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange

    Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, il-Ġeneri ul-Iżvilupp tal-Komunità ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Ġeneri u l-Kultura, imwieled fl-14.12.1958

    70.

    Mudede, Tobaiwa (Tonneth)

    Reġistratur Ġenerali, imwieled fit-22.12.1942

    71.

    Mudenge, Isack Stanilaus Gorerazvo

    Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja Terzjarja (ex Ministru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fis-17.12.1941

    72.

    Mugabe, Grace

    Konjuġi ta' Robert Gabriel Mugabe, imwielda fit-23.7.1965

    73.

    Mugabe, Sabina

    ZANU (PF) Membru Anzjan tal-Kumitat Politburo, imwielda fl-14.10.1934

    74.

    Muguti, Edwin

    Deputat Ministru tas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal, imwieled fl-1965

    75.

    Mujuru, Joyce Teurai Ropa

    Viċi President (ex Ministru tar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali), imwieled fil-15.4.1955

    76.

    Mujuru, Solomon T.R.

    ZANU (PF) Membru Anzjan tal-Kumitat Politburo, imwieled fl-1.5.1949

    77.

    Mumbengegwi, Samuel Creighton

    Ex Ministru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali, imwieled fit-23.10.1942

    78.

    Mumbengegwi, Simbarashe

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, imwieled fl-20.7.1945

    79.

    Murerwa, Herbert Muchemwa

    Ministru tal-Finanzi (ex Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja u Terzjarja), imwieled fil-31.7.1941

    80.

    Musariri, Munyaradzi

    Assistent Kummissarju tal-Pulizija

    81.

    Mushohwe, Christopher Chindoti

    Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet (ex Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet), imwieled fis-6.2.1954

    82.

    Mutasa, Didymus Noel Edwin

    Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali (ex Ministru ta' l-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President responsabbli għall-Programm ta' Kontra l-Korruzzjoni u Kontra l-Monopolji u ex ZANU (PF) Segretarju Politburo għar-Relazzjonijiet Esterni), imwieled fis-27.7.1935

    83.

    Mutezo, Munacho

    Ministru tar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali

    84.

    Mutinhiri, Ambros (magħruf ukoll bħala Ambrose)

    Ministru ta' l-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u (magħruf ukoll bħala Ambrose) l-Ħolqien tax-Xogħol, Brigadier Irtirat

    85.

    Mutiwekuziva, Kenneth Kaparadza

    Deputat Ministru ta' l-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u Medjiu l-Ħolqien tax-Xogħol, (ex Deputat Ministru ta' l-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u Medji, imwieled fis-27.5.1948

    86.

    Muzenda, Tsitsi V.

    ZANU (PF) Membru Anzjan tal-Kumitat Politburo, imwieled fit-28.10.1922

    87.

    Muzonzini, Elisha

    Brigadier (ex Direttur-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti), imwieled fl-24.6.1957

    88.

    Ncube, Abedinico

    Deputat Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, ix-Xogħol u l-Ħarsien Soċjali (ex Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fit-13.10.1954

    89.

    Ndlovu, Naison K.

    ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Produzzjoni u x-Xogħol, imwieled fit-22.10.1930

    90.

    Ndlovu, Richard

    ZANU (PF) Deputat Membru tal-Kummissarjat Politburo, imwieled fis-20.6.1942

    91.

    Ndlovu, Sikhanyiso

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Kummissarjat, imwieled fl-20.9.1949

    92.

    Nguni, Sylvester

    Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura, imwieled fl-4.8.1955

    93.

    Nhema, Francis

    Ministru ta' l-Ambjent u t-Turiżmu, imwieled fis-17.4.1959

    94.

    Nkomo, John Landa

    Speaker tal-Parlament (ex Ministru ta' l-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fit-22.8.1934

    95.

    Nyambuya, Michael Reuben

    Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija (exLogutenent Ġenerali, Gvernatur Provinċjali:Manicaland), imwieled fit-23.7.1955

    96.

    Nyanhongo, Magadzire Hubert

    Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet

    97.

    Nyathi, George

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo tax-Xjenzau t-Teknoloġija

    98.

    Nyoni, Sithembiso Gile Glad

    Ministru ta' l-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u Medjiu l-Ħolqien tax-Xogħol, (ex Ministru ta' l-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u Medji), imwieled fl-20.9.1949

    99.

    Parirenyatwa, David Pagwese

    Ministru tas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal (ex Deputat Ministru), imwieled fit-2.8.1950

    100.

    Patel, Khantibhal

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo tal-Finanzi, imwieled fit-28.10.1928

    101.

    Pote, Selina M.

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo tal-Ġeneri u l-Kultura

    102.

    Rusere, Tino

    Deputat Ministru għall-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri (ex Deputat Ministru għar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali), imwieled fl-10.5.1945

    103.

    Sakabuya, Morris

    Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Iżvilupp

    104.

    Sakupwanya, Stanley

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal

    105.

    Samkange, Nelson Tapera Crispen

    Gvernatur Provinċjali: Mashonaland tal-Punent

    106.

    Sandi or Sachi, E. (?)

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Affarijiet tan-Nisa

    107.

    Savanhu, Tendai

    ZANU (PF) Deputat Segretarju għat-Trasport u l-Ħarsien Soċjali), imwieled fil-21.3.1968

    108.

    Sekeramayi, Sydney (magħruf ukoll bħala Sidney) Tigere

    Ministru tad-Difiża, imwieled fit-30.3.1944

    109.

    Sekeremayi, Lovemore

    Uffiċjal Elettorali Eżekuttiv

    110.

    Shamu, Webster

    Ministru ta' l-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika (ex Ministru ta' l-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fis-6.6.1945

    111.

    Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa

    ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fid-29.9.1928

    112.

    Shiri, Perence

    Marixxall ta' l-Ajru (Forza ta' l-Ajru), imwieled fl-1.11.1955

    113.

    Shumba, Isaiah Masvayamwando

    Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Isports u l-Kultura, imwieled fit-3.1.1949

    114.

    Sibanda, Jabulani

    Ex President, Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Veterani tal-Gwerra, imwieled fil-31.12.1970

    115.

    Sibanda, Misheck Julius Mpande

    Segretarju tal-Kabinett (suċċessur ta' Nru 122 Charles Utete), imwieled fit-3.5.1949

    116.

    Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

    Kmandant Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġenerali, imwieled fil-25.8.1956

    117.

    Sikosana, Absolom

    ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ

    118.

    Stamps, Timothy

    Konsulent tas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fil-15.10.1936

    119.

    Tawengwa, Solomon Chirume

    ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo tal-Finanzi, imwieled fil-15.6.1940

    120.

    Tungamirai, Josiah T.

    Ministru ta' l-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Empowerment, Marixxall ta' l-Ajru Irtirat (ex ZANU(PF) Segretarju Politburo għall-Empowerment u l-Indiġenizzazzjoni), imwieled fit-8.10.1948

    121.

    Udenge, Samuel

    Deputat Ministru ta' l-Iżvilupp Ekonomiku

    122.

    Utete, Charles

    President tal-Kumitat ta' Reviżjoni ta' l-Art Presidenzjali (ex Segretarju tal-Kabinett), imwieled fit-30.10.1938

    123.

    Veterai, Edmore

    Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija, Uffiċjal Kmandant Harare

    124.

    Zimonte, Paradzai

    Direttur tal-Ħabsijiet, imwieled fl-4.3.1947

    125.

    Zhuwao, Patrick

    Deputat Ministru tax-Xjenza u t-Teknoloġija (NB in-neputi ta' Mugabe)

    126.

    Zvinavashe, Vitalis

    Ġeneral Irtirat (ex Kap tal-Persunal tad-Difiża), imwieled fis-27.9.1943


    Sus