EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0468

Kawża C-468/13: Appell ippreżentat fit- 28 ta’ Awwissu 2013 minn MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis- 27 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-367/12 — MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

ĠU C 344, 23.11.2013, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/45


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2013 minn MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-27 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-367/12 — MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-468/13)

2013/C 344/77

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. (rappreżentant: K. Szamosi, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-367/12 u tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern Nru R 2532/2011-2, tat-30 ta’ Mejju 2012, sa fejn l-appell tal-intervenjent ġie miċħud u ċ-ċaħda tal-oppożizzjoni tal-intervenjent hija milqugħa; jew sussidjarjament

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni finali; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-inammissibbiltà tal-argumenti tal-appellanti mressqa quddiem l-UASI huma, minn naħa, irrilevanti, u, min-naħa l-oħra, mhux ġustifikati u inkorretti; għaldaqstant il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 44 tar-Regoli tal-Proċedura u l-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Ma kien hemm l-ebda neċessità u ma kien hemm l-ebda motiv legali sabiex ma jiġux ikkunsidrati l-provi prodotti mill-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u, għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 65(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u l-Artikolu 135(4) tar-Regoli tal-Proċedura meta hija qieset li l-provi tal-appellanti kienu inammissibbli.

Il-Qorti Ġenerali kisret ir-Regolament dwar it-trade mark Komunitajra meta ddefiniet il-pubbliku rilevanti u r-rilevanza tiegħu għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

Il-Qorti Ġenerali kisret ir-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u l-ġurisprudenza stabbilita meta kkonstatat li s-servizzi inkwistjoni huma kkunsidrati li huma identiċi.

Il-Qorti Ġenerali ma evalwatx b’mod ċar u individwali l-aspetti tax-xebh viżiv, fonetiku u kunċettwali, u ma eżaminatx iċ-ċirkustanzi rilevanti tal-kawża fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni, u għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kisret ir-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

Il-Qorti Ġenerali kisret il-liġi meta kkonstatat li l-Bord tal-Appell kellu raġun jikkonkludi li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks preċedenti tal-intervenjent u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tal-appellanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top