Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0142

    Kawża F-142/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Diċembru 2013 — A vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Sigurtà soċjali — Inċident jew mard ikkaġunat mix-xogħol — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Invalidità permanenti parzjali — Talba għal kumpens)

    ĠU C 31, 1.2.2014, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/20


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 — A vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-142/12) (1)

    (Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Inċident jew mard ikkaġunat mix-xogħol - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Invalidità permanenti parzjali - Talba għal kumpens)

    2014/C 31/34

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: A (S., Franza) (rappreżentanti: B. Cambier, A. Paternostre u G. Ladrière, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, C. Mélotte, avukat)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba għal rikonoxximent ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol, li r-rikorrent kien ressaq skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, li rrikonoxxitlu rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 20 % u li tiffissa d-data ta’ konsolidazzjoni fil-25 ta’ Frar 2010 u t-talba għal kumpens għad-dannu morali u materjali tiegħu.

    Dispożittiv tas-sentenza

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Jannar 2012 li ttemm il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea wara l-mard ikkaġunat mix-xogħol li kien vittma tiegħu A hija annullata.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil A is-somma ta’ EUR 3 500.

    (3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (4)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż esposti minn A.


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2013, p. 77.


    Top