EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0616

Kawża T-616/11 P: Appell ippreżentat fit- 28 ta’ Novembru 2011 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet mogħti fit- 8 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-69/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

ĠU C 25, 28.1.2012, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/65


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet mogħti fit-8 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-69/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-616/11 P)

(2012/C 25/124)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italia) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment , tilqa’ t-talbiet kollha mitluba fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tirrimborsa lill-appellant l-ispejjeż inkorsi minn dan tal-aħħar għall-finijiet ta’ din l-istanza;

sussidjarjament , tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, f’kompożizzjoni differenti, sabiex dan jiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu ta’ kull talba msemmija fil-punti preċedenti ta’ dawn it-talbiet.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa dirett kontra d-digriet mogħti fit-8 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-69/10, li jiċħad bħala manifestament infondat rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tiegħu għal kumpens għad-dannu inkors minħabba, li skont ma qal, intbagħat lill-avukat tiegħu, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2008, Kawża T-18/04, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, ittra dwar il-ħlas tal-ispejjeż magħmula fil-kuntest ta’ din l-istanza u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tirrimborsa d-dannu inkors.

L-appellant jinvoka żewġ aggravji insostenn tat-talbiet tiegħu:

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq nuqqas assolut ta’ motivazzjoni “tat-talbiet għal kumpens” (titolu li jinsab bejn il-punti 21 u 22 tad-digriet appellat), b’mod partikolari minħabba n-natura indeterminata u paradossali tagħhom, in-nuqqas ta’ istruzzjonijiet u żnaturament tal-fatti, in-natura apodittika, illoġika, inkonsistenti, mingħajr raġuni, inkorretta, żbaljata u falza tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali dwar it-tnissil ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; tal-kunċett ta’ obbligu ta’ motivazzjoni impost fuq l-istituzzjonijiet u l-qrati tal-Unjoni Ewropea; tal-kunċett ta’ analoġija u ta’ aġir illegali min-naħa ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-tieni aggravju bbażat fuq in-natura illegali tal-konklużjonijiet tal-qorti tal-ewwel istanza dwar “Spejjeż legali” (titolu li jinsab bejn il-punti 28 u 29 tad-digriet appellat).


Top