EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0442

Kawża T-442/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Settembru 2011 — Ryanair vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Settur tal-avjazzjoni — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil Alitalia, lil Air One u lil Meridiana — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Nuqqas ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni — Obbligu li tittieħed azzjoni )

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2011 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-442/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Settur tal-avjazzjoni - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil Alitalia, lil Air One u lil Meridiana - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - Obbligu li tittieħed azzjoni)

2011/C 331/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida u I. G. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, S. Noë u E. Righini, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Air One SpA (Chieti, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, C. Satacroce u G. Belotti, avukati)

Suġġett

Talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni peress li naqset illegalment milli tieħu pożizzjoni dwar l-ilmenti tar-rikorrenti li jirrigwardaw, minn naħa, għajnuna allegatament mogħtija mir-Repubblika Taljana lil Alitalia, lil Air One u lil Meridiana, u min-naħa l-oħra, allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-Trattat KE meta naqset milli tadotta deċiżjoni fir-rigward tat-trasferiment ta’ 100 impjegat ta’ Alitalia, kif irrapurtat fl-ittra tas-16 ta’ Ġunju 2006, li intbagħtet lilha minn Ryanair Ltd, fir-rigward tal-kumpens mogħti sussegwentement għall-attentati tal-11 ta’ Settembru, kif irrapurtat fl-ittri tat-3 ta’ Novembru u tat-13 ta’ Diċembru 2005, mibgħuta lilha minn Ryanair, u fir-rigward tat-tnaqqis ta’ tariffi tal-ajruporti fl-ajruporti “ċentrali”li bbenefikat minnhom b’mod partikolari Alitalia, kif irrapurtat fl-ittri ċċitati tat-3 ta’ Novembru u tat-13 ta’ Diċembru 2005.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull waħda mill-partijiet, inkluża Air One SpA, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008.


Top