Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0420

    Kawża C-420/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 28 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Meletis Apostolides vs David Charles Orams, Linda Elizabeth Orams (Talba għal deċiżjoni preliminari — Protokoll Nru 10 dwar Ċipru — Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-acquis communautaire fiż-żoni li fihom il-Gvern Ċiprijott ma jeżerċitax kontroll effettiv — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Sentenza mogħtija minn qorti Ċiprijotta sedenti fiż-żona ta’ kontroll effettiv ta’ dan il-gvern u li tikkonċerna proprjetà immobbli li tinsab barra minn din iż-żona — Punt 1 tal-Artikolu 22, punti 1 u 2 tal-Artikolu 34, Artikoli 35(1) u 38(1) ta’ dan ir-regolament)

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Meletis Apostolides vs David Charles Orams, Linda Elizabeth Orams

    (Kawża C-420/07) (1)

    (Talba għal deċiżjoni preliminari - Protokoll Nru 10 dwar Ċipru - Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-acquis communautaire fiż-żoni li fihom il-Gvern Ċiprijott ma jeżerċitax kontroll effettiv - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Sentenza mogħtija minn qorti Ċiprijotta sedenti fiż-żona ta’ kontroll effettiv ta’ dan il-gvern u li tikkonċerna proprjetà immobbli li tinsab barra minn din iż-żona - Punt 1 tal-Artikolu 22, punti 1 u 2 tal-Artikolu 34, Artikoli 35(1) u 38(1) ta’ dan ir-regolament)

    2009/C 153/13

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Meletis Apostolides

    Konvenuti: David Charles Orams, Linda Elizabeth Orams

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appel (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Protokoll Nru 10 anness mal-Att ta’ adeżjoni ta’ Ċipru kif ukoll tal-Artikoli 22, 34(1) u (2) u 35(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001, L 12, p. 1) — Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-acquis communautaire fiż-żoni li fihom il-Gvern ma jeżerċitax kontroll effettiv — Rikonoxximent u eżekuzzjoni mill-qorti ta’ Stat Membru ieħor ta’ deċiżjoni mogħtija minn qorti Ċiprijotta sedenti fiż-żona ta’ kontroll effettiv u li tikkonċerna proprjetà li tinsab barra minn din iż-żona

    Dispożittiv

    1)

    Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-acquis communautaire fiż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru li fihom il-Gvern ta’ dan l-Istat Membru ma jeżerċitax kontroll effettiv, previst fl-Artikolu 1(1) tal-Protokoll Nru 10 dwar Ċipru anness mal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, ma tmurx kontra l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, fil-konfront ta’ sentenza mogħtija minn qorti Ċiprijotta sedenti fiż-żona tal-gżira effettivament ikkontrollata mill-Gvern Ċiprijott, iżda li tikkonċerna proprjetà li tinsab f’dawn iż-żoni.

    2)

    L-Artikolu 35(1) tar-Regolament Nru 44/2001 ma jawtorizzax lil qorti ta’ Stat Membru tirrifjuta r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija mill-qrati ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ proprjetà li tinsab f’żona ta’ dan l-aħħar Stat li fuqha l-Gvern tiegħu ma jeżerċitax kontroll effettiv.

    3)

    Il-fatt li sentenza, mogħtija mill-qrati ta’ Stat Membru dwar proprjetà li tinsab f’żona ta’ dan l-Istat Membru li fuqha l-Gvern tiegħu ma jeżerċitax kontroll effettiv, ma tistax fil-prattika tiġi eżegwita fil-post fejn tinsab il-proprjetà ma jikkostitwix raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent jew ta’ eżekuzzjoni skont il-punt 1 tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 44/2001 u dan l-anqas ma jimplika nuqqas ta’ natura eżekuttiva ta’ tali sentenza skont l-Artikolu 38(1) ta’ dan ir-regolament.

    4)

    Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija inkontumaċja ma jistgħux jiġu rrifjutati skont il-punt 2 tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 44/2001 meta l-konvenut ikun jista’ jippreżenta rikors kontra s-sentenza mogħtija inkontumaċja u meta permezz ta’ dan ir-rikors huwa jkun jista’ jsostni li l-att promotur jew l-att ekwivalenti ma jkunx ġie ppreżentat jew innotifikat lilu fil-ħin u b’tali mod li jkun jista’ jiddefendi ruħu


    (1)  ĠU C 297, 8.12.2007


    Top