EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0004

Kawża T-4/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Settembru 2011 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni ( Agrikoltura — Att ta’ adeżjoni tal-2003 — Regolament (KE) Nru 1260/2001 — Regolament (KE) Nru 1686/2005 — Regolament (KE) Nru 1193/2009 — Is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004/2005 — Imposti kumplimentari — Iffissar ta’ żewġ koeffiċjenti — Kompetenza — Bażi legali — Regola ta’ awtorizzazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Osservanza ta’ forom proċedurali sostanzjali )

OJ C 331, 12.11.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2011 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-4/06) (1)

(Agrikoltura - Att ta’ adeżjoni tal-2003 - Regolament (KE) Nru 1260/2001 - Regolament (KE) Nru 1686/2005 - Regolament (KE) Nru 1193/2009 - Is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004/2005 - Imposti kumplimentari - Iffissar ta’ żewġ koeffiċjenti - Kompetenza - Bażi legali - Regola ta’ awtorizzazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Osservanza ta’ forom proċedurali sostanzjali)

2011/C 331/28

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment J. Pietras, sussegwentement E. Ośniecka-Tamecka, kif ukoll T. Nowakowski, u M. Dowgielewicz, B. Majczyna u P. Rosiak, u finalment B. Majczyna, M. Szpunar u D. Krawczyk, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: inizjalment A. Szmytkowska, C. Cattabriga u F. Erlbacher, sussegwentement A. Szmytkowska u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1686/2005, tal-14 ta’ Ottubru 2005, li jistabbilixxi, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004/2005, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjenti tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 271, p. 12), hekk kif emendat mill-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 tat-3 ta’ Novembru 2009 li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1).

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1686/2005, tal-14 ta’ Ottubru 2005, li jistabbilixxi, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004/2005, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjenti tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor, hekk kif emendat mill-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 tat-3 ta’ Novembru 2009 li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006, huwa annullat.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 74, 25.03.2006.


Top