This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0345
Council Regulation (EU) 2022/345 of 1 March 2022 amending Regulation (EU) No 833/2014 concerning restrictive measures in view of Russia’s actions destabilising the situation in Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/345 tal-1 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/345 tal-1 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
ĠU L 63, 2.3.2022, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 63/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/345
tal-1 ta’ Marzu 2022
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/346 tal-1 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (2). |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jġib fis-seħħ ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK (3). |
(3) |
Fl-1 ta’ Marzu 2022 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/346, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK u li timponi miżuri restrittivi ulterjuri fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati lil ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu Russi u s-sussidjarji Russi tagħhom, li huma rilevanti għas-sistema finanzjarja Russa u li huma diġa’ soġġetti għal miżuri restrittivi imposti mill-Unjoni jew mill-pajjiżi sħab u, suġġett għal ċerti eċċezzjonijiet, fir-rigward tal-impenn mal-Fond Russi tal-Investiment Dirett. Hija tipprojbixxi wkoll, suġġett għal ċerti eċċezzjonijiet, il-provvista ta’ karti tal-flus tal-euro lir-Russja. |
(4) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat u, għalhekk, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li huwa jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2d, paragrafi 1 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u ċ-ċaħdiet li jinħarġu skont l-Artikoli 2, 2a u 2b mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni. L-iskambju tal-informazzjoni għandu jsir permezz tas-sistema elettronika prevista skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament (UE) 2021/821. 4. Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri għandha, fejn xieraq u fuq il-bażi ta’ reċiproċita’, tiskambja informazzjoni ma’ pajjiżi sħab, bil-ħsieb li tappoġġa l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-esportazzjoni skont dan ir-Regolament u l-applikazzjoni konsistenti ta’ miżuri ta’ kontroll tal-esportazzjoni applikati minn pajjiżi sħab.”; |
(2) |
fl-Artikolu 2e, jiżdiedu l-paragrafili ġejjin: “3. Għandu jkun ipprojbit li wieħed jinvesti, jipparteċipa jew jikkontribwixxi b’xi mod ieħor għal proġetti kofinanzjati mill-Fond Russu tal-Investiment Dirett. 4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, xi parteċipazzjoni ta’ investiment fi, jew kontribuzzjoni għal, proġetti kofinanzjati mill-Fond Russu tal-Investiment Dirett, wara li jkunu ddeterminaw li tali parteċipazzjoni ta’ investiment jew kontribuzzjoni tkun dovuta taħt kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”; |
(3) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 5h Għandu jkun ipprojbit li mit-12 ta’ Marzu 2022 jiġu pprovduti servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta’ data finanzjarja, lil persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness XIV jew lil xi persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti fir-Russja li jkollhom sjieda, direttament jew indirettament, ta’ 50% jew aktar tad-drittijiet proprjetarji ta’ xi entità elenkata fl-Anness XIV. Artikolu 5i 1. Għandu jkun ipprojbit li jinbiegħu, jiġu pprovduti, trasferiti jew esportati karti tal-flus tal-euro lejn ir-Russja jew lil xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja, inkluż il-gvern u l-Bank Ċentrali tar-Russja, jew biex jintużaw fir-Russja. 2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro sakemm tali bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni jkun neċessarju għal:
|
(4) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 12 Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja jew inkonxja, f’attivitajiet li l-iskop jew l-effett tagħhom ikun dak li jiġu evitati l-projbizzjonijiet f’dan ir-Regolament, inkluż bl-aġir ta’ sostitut għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 2e(3), 5, 5a, 5b, 5e, 5f, 5h u 5i jew bl-aġir għall-benefiċċju tagħhom bl-użu tal-eċċezzjonijiet li hemm fl-Artikoli 2e(4), 5(6), 5a(2), 5b(2), 5e(2), 5f(2) jew 5i(2).”; |
(5) |
l-Anness ta” dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 833/2014. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).
ANNESS
“ANNESS XIV
LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI LI SSIR REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 5h
Bank Otkritie |
Novikombank |
Promsvyazbank |
Bank Rossiya |
Sovcombank |
VNESHECONOMBANK (VEB) |
VTB BANK |