Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31974L0647

    Id-direttiva tal-kunsill tad-9 ta' Diċembru 1974 dwar il-kontroll tad-dudu li jdawwar il-weraq tal-qronfla

    ĠU L 352, 28.12.1974, p. 41–42 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Imħassar b' 32016R2031

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1974/647/oj

    31974L0647



    Official Journal L 352 , 28/12/1974 P. 0041 - 0042
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0033
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 11 P. 0129
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0033
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0063
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0063


    Id-Direttiva Tal-Kunsill

    tad-9 ta’ Diċembru 1974

    dwar il-kontroll tad-dudu li jdawwar il-weraq tal-qronfla

    (74/647/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikoli 43 u 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi l-produzzjoni tal-qronfol tokkupa post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità;

    Billi l-ġabra tal-qronfol hija dejjem mhedda minn organiżmi li jagħmlulha l-ħsara;

    Billi, bil-protezzjoni tal-koltivazzjoni tal-qronfla kontra dawn l-organiżmi li jagħmlulha l-ħsara, mhux biss għandha tinżamm il-kapaċità tal-produzzjoni iżda l-produttività agrikola għandha wkoll tiżdied;

    Billi miżuri ta’ protezzjoni biex ma jħallux l-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara fl-Istati Membri individwali jkollhom biss effett limitat jekk dawn l-organiżmi ma jkunux kontrollati fl-istess ħin u bl-istess metodi madwar il-Komunità kollha u ma jitħallewx jinfirxu;

    Billi l-aktar organiżmi li jagħmlu l-ħsara huma d-dud li jdawru l-weraq fil-Mediterran u fl-Afrika t’Isfel;

    Billi dawn l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara nstabu f’bosta Stati Membri;

    Billi hemm riskju permanenti għall-koltivazzjoni tal-qronfol madwar il-Komunità jekk miżuri effettivi ma jitteħdux biex jikkontrollaw dawn l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara u biex ma jħalluhomx jinfirxu;

    Billi, sabiex teqred dawn l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara, dispożizzjonijiet minimi għandhom ikunu adottati għall-Komunità; billi l-Istati Membri jridu jkunu kapaċi jadottaw dispożizzjonijiet addizzjonali u aktar stretti fejn hemm bżonn,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva tikkonċerna l-miżuri minimi li għandhom jittieħdu fl-Istati Membri biex jikkontrollaw id-dud li jdawwru l-weraq tal-qronfol u ma jħalluhomx jinfirxu.

    Artikolu 2

    Għal fini ta’ din id-Direttiva "dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol" ifissru d-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol tal-Mediterran (Cacoecimorpha pronubana Hb) u d-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol tal-Afrika t’Isfel (Epichoristodes acerbella (Walk.) Diak.).

    Artikolu 3

    1. L- Istati Membri jistipulaw li qronfol (Dianthus L.) jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni biss jekk m’humiex kontaminati minn dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol u li l-kulturi tal-qronfol kkontaminati minn dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol għandhom ikunu trattati b’tali mod li l-qronfol li jittieħdu minnhom ma jibqgħux kontaminati meta jiġu ċirkolati.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, fjuri maqtugħa tal-qronfol kemm kemm ikkontaminati mid-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol jistgħu jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni mis-16 t’Ottubru sat-30 t’April.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri jipprojbixxu li jinżammu d-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol.

    Artikolu 5

    1. L- Istati Membri jistgħu jawtorizzaw:

    (a) derogi mill-miżuri riferuti f’Artikoli 3 u 4 għal skopijiet xjentifiċi, testijiet jew xogħol selettiv;

    (b) li, minkejja Artikolu 3, fjuri maqtugħa tal-qronfol kemm kemm kontaminati mid-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol jistgħu jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni mill-1 ta’ Mejju sal-15 t’Ottubru.

    2. L-Istati Membri jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet riferuti fil-paragrafu 1 jingħataw biss fejn kontrolli adegwati jiggarantixxu li ma jippreġudikawx il-kontroll tad-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol u ma joħloq l-ebda riskju li jinfirex dan l-organiżmu li jagħmel il-ħsara.

    Artikolu 6

    L-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet addizzjonali u aktar stretti biex jikkontrollaw id-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol u li ma jħalluhomx jinfirxu sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma meħtieġa għal dan il-kontroll u l-prevenzjoni.

    Artikolu 7

    L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-miżuri li hemm bżonn biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard minn sena wara l-avviż tagħha u minnufiħ javżaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Artikolu 8

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Diċembru 1974.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Ch. Bonnet

    [1] ĠU C 93, tas-7.8.1974, p. 87.

    [2] ĠU C 116, tat-30.9.1974, p. 49.

    --------------------------------------------------

    Top