EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007A0713(02)

Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-UE u t-Tajlandja dwar il-parteċipazzjoni tat-Tajlandja fil-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewropea f’Aceh (l-Indoneżja) (Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ Aceh - AMM)

ĠU L 183, 13.7.2007, p. 58–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2005/495(3)/oj

Related Council decision

22007A0713(02)

Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-UE u t-Tajlandja dwar il-parteċipazzjoni tat-Tajlandja fil-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewropea f’Aceh (l-Indoneżja) (Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ Aceh - AMM)

Official Journal L 183 , 13/07/2007 P. 0058 - 0063


TRADUZZJONI

Ftehim

fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-UE u Singapor dwar il-parteċipazzjoni ta’ Singapor fil-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewropea f’Aceh (l-Indoneżja) (Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ Aceh - AMM)

A. Ittra mill-Unjoni Ewropea

Ġakarta, 26 ta’ Ottubru 2005

Eċċellenza,

Il-Memorandum ta’ Ftehim (MoU) bejn il-Gvern ta’ l-Indoneżja (GoI) u l-Moviment Aceh Ħieles (GAM) iffirmat f’Ħelsinki fil- 15 ta’ Awissu 2005, jipprovdi inter alia għall-istabbiliment ta’ Missjoni ta’ Monitoraġġ Aceh (AMM) f’Aceh (l-Indoneżja) mill-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Kontribwenti ASEAN. Dan l-MoU jipprovdi wkoll li l-istatus, il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-AMM u l-membri tagħha jkunu miftiehma bejn il-GoI u l-Unjoni Ewropea (UE).

Għaldaqstant, għandi l-unur nipproponi, fl-Anness għal din l-ittra, id-dispożsizzjonijiet li għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżek fl-AMM, u l-persunal insedjat minn pajjiżek, li l-istatus, il-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu huma stabbiliti fil-ftehim bejn il-GoI, l-UE u l-Pajjiżi Kontribwenti ASEAN.

Inkun grat jekk inti tikkonferma l-aċċettazzjoni tiegħek tad-dispożsizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, kif ukoll tikkonferma l-għarfien tiegħek li din l-ittra u l-Anness tagħha, flimkien mar-risposta tiegħek, għandhom jikkonstitwixxu ftehim li jorbot legalment bejn l-UE u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor, li għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum tal-firma tar-risposta tiegħek, u għandhom jibqgħu fis-seħħ tul il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżek fl-AMM.

Jekk jogħġbok aċċetta, eċċellenza, l-ogħla konsiderazzjonijiet tiegħi.

ANNESS I

1. Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha, kif previst fl-MoU, tipparteċipa fl-AMM, skond id-dispożsizzjonijiet li ġejjin u kwalunkwe arranġament ta’ implimentazzjoni meħtieġ, mingħajr preġudizzju għall-awtonomija fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.

2. Il-parteċipazzjoni ta’ l-UE hija bbażata fuq l-Azzjoni Konġunta adottata mill-Kunsill fid- 9 ta’ Settembru 2005 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewropea f’Aceh (l-Indoneżja) (Missjoni ta’ Monitoraġġ Aceh - AMM). Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha tassoċja ruħha ma’ dawk id-dispożsizzjonijiet ta’ l-Azzjoni Konġunta li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tagħha u dik tal-persunal tagħha fl-AMM, soġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

3. Id-deċiżjoni li tintemm il-parteċipazzjoni ta’ l-UE fl-AMM għandha tittieħed mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mar-Repubblika ta’ Singapor u sakemm ir-Repubblika ta’ Singapor għadha tikkontribwixxi għall-AMM fid-data li fiha dik id-deċiżjoni tiġi meħuda.

4. Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha tiżgura li l-persunal tagħha li jipparteċipa fl-AMM jidħlu għall-missjoni tagħhom b’mod konformi ma’

- id-dispożsizzjonijiet rilevanti ta’ l-Azzjoni Konġunta adottata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea fid- 9 ta’ Settembru 2005 u emendi sussegwenti possibbli;

- il-Pjan ta’ l-Operazzjoni (OPLAN) kif approvat mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea fit- 12 ta’ Settembru 2005;

- arranġamenti ta’ implimentazzjoni taħt dan il-ftehim.

5. Il-persunal sekondat għall-AMM mir-Repubblika ta’ Singapor għandhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom u jġibu ruħhom biss bl-interess ta’ l-AMM f’moħħhom.

6. Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha tinforma fi żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni ta’ l-AMM bi kwalunkwe tibdil għall-kontribut tagħha għall-AMM.

7. Persunal sekondat għall-AMM sa mill-bidu tal-missjoni għandu jagħmel eżami mediku, vaċċinazzjoni u għandu jkun ċertifikat li hu medikament b’saħħtu għax-xogħol minn awtorità kompetenti mir-Repubblika ta’ Singapor. Persunal sekondat għall-AMM għandu jipproduċi kopja ta’ din iċ-ċertifikazzjoni.

8. L-istatus tal-persunal ta’ l-AMM, inkluż il-persunal provdut lill-AMM mir-Repubblika ta’ Singapor, għandu jkun regolat mill-ftehim dwar l-istatus, il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-AMM bejn il-GoI, l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Kontribwenti ASEAN.

9. Mingħajr preġudizzju għall-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni msemmija f’Sezzjoni 8, ir-Repubblika ta’ Singapor għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jipparteċipa fl-AMM.

10. Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha, skond il-liġi nazzjonali tagħha u bla ħsara għal kwalunkwe immunità konferita mill-ftehim dwar l-istatus, il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-AMM, tkun responsabbli biex twieġeb għal kwalunkwe talba marbuta mal-parteċipazzjoni fl-AMM, minn jew li tikkonċerna kwalunkwe membru tal-persunal tagħha. Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha tkun responsabbli biex tressaq kwalunkwe azzjoni, b’mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra kwalunkwe membru tal-persunal tagħha, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

11. Abbażi ta’ reċiproċità, ir-Repubblika ta’ Singapor tobbliga ruħha li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat li jipparteċipa fl-AMM, u li tagħmel hekk mal-firma ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Mudell għal tali dikjarazzjoni huwa mniżżel fl-Anness I.

12. L-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-Istati Membri tagħha jagħmlu, abbażi ta’ reċiproċità, dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ pretensjonijiet, għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta’ Singapor fl-AMM, u li jagħmlu hekk mal-firma ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Mudell għal tali dikjarazzjoni huwa mniżżel fl-Anness I.

13. Ir-regoli dwar l-iskambju u s-sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata huma mniżżla fl-Anness II. Gwida ulterjuri tista’ tinħareġ minn awtoritajiet kompetenti, inkluż il-Kap tal-Missjoni ta’ l-AMM.

14. Il-persunal kollu li jipparteċipa fl-AMM għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ ta’ l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

15. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv lill-Kap tal-Missjoni ta’ l-AMM, li għandu jeżerċita dak il-kmand permezz ta’ struttura ġerarkika ta’ kmand u kontroll.

16. Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-AMM u jieħu f’idejh l-amministrazzjoni tagħha ta’ kuljum.

17. Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ l-operazzjoni bħall-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea li jkunu qed jieħdu sehem fl-AMM, skond l-istrumenti legali msemmija fis-Sezzjoni 2.

18. Il-Kap tal-Missjoni ta’ l-AMM għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal ta’ l-AMM. Meta jkun meħtieġ, azzjoni dixxiplinarja għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali konċernata.

19. Għandu jiġi maħtur Punt ta’ Kuntatt tal-Kontinġenti Nazzjonali (NPC) mir-Repubblika ta’ Singapor biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tiegħu fl-AMM. L-NPC għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni ta’ l-AMM dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina tal-kontinġent ta’ kuljum.

20. Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fil-missjoni.

21. Ir-Repubblika ta’ Singapor m’għandhiex tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-budget operattiv ta’ l-AMM.

22. F’każ ta’ mewt, dannu, telf jew ħsara lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat li fih titwettaq il-missjoni, ir-Repubblika ta’ Singapor għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skond il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim dwar l-istatus, il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-AMM kif msemmi f’Sezzjoni 8.

23. Kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ fl-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim għandu jiġi konkluż bejn is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, jew mill-Kap tal-Missjoni, u l-awtoritajiet xierqa tar-Repubblika ta’ Singapor.

24. Kull Parti għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-ftehim billi tagħti avviż bil-miktub ta’ xahar.

25. Kwistjonijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti biss b’mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

ANNESS II

Testi għal dikjarazzjonijiet reċiproċi msemmija f’Sezzjonijiet 11 u 12

Test għall-Istati Membri ta’ l-UE:

"L-Istati Membri ta’ l-UE li japplikaw l-Azzjoni Konġunta adottata mill-Kunsill ta’ l-UE fid- 9 ta’ Settembru 2005 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ l-UE f’Aceh (Missjoni ta’ Monitoraġġ Aceh - AMM) għandhom jagħmlu sforz sabiex, sakemm ikunu jippermettu s-sistemi legali interni tagħhom, jirrinunzjaw kemm jista’ jkun għal pretensjonijiet kontra r-Repubblika ta’ Singapor għal dannu, mewt tal-persunal tagħhom, jew ħsara għal, jew telf ta’, kwalunkwe ass li jkunu proprjetà tagħhom u li jkunu qed jintużaw mill-AMM jekk tali dannu, mewt, ħsara jew telf:

- kien ikkawżat mill-persunal tar-Repubblika ta’ Singapor fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b’konnessjoni ma’ l-AMM, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġieba ħażina volontarja, jew

- seħħ mill-użu ta’ kwalunkwe assi fil-proprjetà tar-Repubblika ta’ Singapor, sakemm l-assi kienu użati b’konnessjoni ma’ l-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġieba ħażina volontarja tal-persunal ta’ l-AMM mir-Repubblika ta’ Singapor li kien qed juża dawk l-assi."

Test għar-Repubblika ta’ Singapor:

"Ir-Repubblika ta’ Singapor li tipparteċipa fl-AMM kif imsemmi fil-paragrafu 5.3 ta’ l-MoU u fl-Azzjoni Konġunta adottata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea fid- 9 ta’ Settembru 2005 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewropea f’Aceh (Missjoni ta’ Monitoraġġ Aceh - AMM) għandha tagħmel sforz sabiex, sakemm tkun tippermetti s-sistema legali interna tagħha, tirrinunzja kemm jista’ jkun possibbli għal pretensjonijiet kontra Stat ieħor li qed jipparteċipa fl-AMM għal dannu, mewt tal-persunal tagħha, jew ħsara għal, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkun proprjetà tagħha u li jkun qed jintuża mill-AMM jekk tali dannu, mewt, ħsara jew telf:

- kien ikkawżat mill-persunal fit-twettiq tad-doveri tiegħu b’konnessjoni ma’ l-AMM, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew ta’ imġieba ħażina volontarja, jew

- irriżulta mill-użu ta’ kwalunkwe assi ta’ Stati li jkunu qed jipparteċipaw fl-AMM, sakemm l-assi jkunu ntużaw b’konnessjoni mal-missjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġieba ħażina volontarja ta’ persunal ta’ l-AMM li jkun qed juża’ dawk l-assi."

ANNESS III

Regoli dwar l-iskambju u s-sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata

Sabiex jiġi stabbilit qafas għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata rilevanti fil-kuntest ta’ l-AMM sal-livell ta’ klassifikazzjoni RISTRETTA (RESTREINT UE) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapor, ir-regoli li ġejjin ser japplikaw.

Ir-Repubblika ta’ Singapor ser tiżgura li informazzjoni klassifikata ta’ l-UE (jiġifieri kwalunkwe informazzjoni (jiġifieri għarfien li jista’ jkun komunikat fi kwalunkwe forma) jew materjal li għandu bżonn protezzjoni kontra żvelar mhux awtorizzat u li kien hekk indikat bi klassifikazzjoni ta’ sigurtà) li ġiet mogħtija lilha żżomm il-klassifikazzjoni ta’ sigurtà mogħtija lilha mill-UE u ser tissalvagwardja tali informazzjoni skond ir-regoli li ġejjin, abbażi tar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill [1], b’mod partikolari:

- Ir-Repubblika ta’ Singapor mhux ser tuża l-informazzjoni klassifikata ta’ l-UE rilaxxata għall-finijiet differenti minn dawk li għalihom ġiet rilaxxata l-informazzjoni klassifikata ta’ l-UE lir-Repubblika ta’ Singapor u differenti minn dawk li kienu stabbiliti mill-oriġinatur;

- Ir-Repubblika ta’ Singapor m’għandhiex tirrilaxxa tali informazzjoni lill-partijiet terzi mingħajr qabel ma jkollha l-kunsens ta’ l-UE;

- Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha tiżgura li l-aċċess għal informazzjoni klassifikata ta’ l-UE rilaxxata lilha jkun awtorizzat biss għal individwi li għandhom "bżonn ta’ għarfien" ("need-to-know") validu;

- Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha tiżgura li, qabel ma jingħataw aċċess għal informazzjoni klassifikata ta’ l-UE, l-individwi kollha li jeħtieġu aċċess għal tali informazzjoni jingħataw informazzjoni dwar u jikkonformaw mal-ħtiġiet tar-regolamenti ta’ sigurtà protettiva rilevanti għall-klassifikazzjoni ta’ l-informazzjoni li għaliha għandhom jaċċedu;

- b’kont meħud tal-livell ta’ klassifikazzjoni tagħha, informazzjoni klassifikata ta’ l-UE għandha tintbagħat lir-Repubblika ta’ Singapor permezz tal-borża diplomatika, tas-servizzi postali militari, tas-servizzi postali siguri, tat-telekomunikazzjonijiet siguri jew ta’ trasport personali. Ir-Repubblika ta’ Singapor għandha tinnotifika bil-quddiem lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-UE l-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għas-sigurtà ta’ l-informazzjoni klassifikata u l-indirizzati preċiżi għand min l-informazzjoni u d-dokumenti trid tintbagħat;

- Ir-Repubblika ta’ Singapor ser tiżgura li l-istabbilimenti, żoni, bini, uffiċċji, kmamar, sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni kollha u affarijiet simili, li fihom huma maħżuna u/jew immaniġġati l-informazzjoni u d-dokumenti klassifikati ta’ l-UE, huma protetti b’miżuri ta’ sigurtà fiżiċi u adegwati;

- Ir-Repubblika ta’ Singapor ser tiżgura li dokumenti klassifikati ta’ l-UE rilaxxati lilha huma rreġistrati f’reġistru speċjali, hekk kif ikunu rċevuti. Ir-Repubblika ta’ Singapor ser tiżgura li kopji ta’ dokumenti klassifikati ta’ l-UE rilaxxati lilha li jistgħu jsiru mill-korp li jirċievihom, in-numru, d-distribuzzjoni u l-qerda tagħhom, huma rreġistrati f’dan ir-reġistru speċjali;

- Ir-Repubblika ta’ Singapor ser tinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-UE bi kwalunkwe każ fejn tiġi kompromessa informazzjoni klassifikata ta’ l-UE rilaxxata lilha. F’tali każ, ir-Repubblika ta’ Singapor ser tibda investigazzjonijiet u tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni li dan jerġa’ jiġri mill-ġdid;

Għall-finijiet tar-regoli preżenti, informazzjoni klassifikata rilaxxata lill-Unjoni Ewropea mir-Repubblika ta’ Singapor ser tiġi trattata daqs li kieku kienet informazzjoni klassifikata ta’ l-UE u tiġi mogħtija livell ekwivalenti ta’ protezzjoni.

Ladarba l-ftehim preżenti skada jew ġie terminat, l-informazzjoni klassifikata kollha jew materjal provdut jew skambjat skond dan il-ftehim għandhom jibqgħu jiġu protetti skond id-dispożsizzjonijiet stabbiliti fih.

B. Ittra minn Singapore

Jakarta, 9 February 2006

Your Excellency

I write to you in your capacity as the European Union President in Indonesia. With reference to your predecessor H.E. Mr Charles Humphrey's letter of 26 October 2005, I have the honour, on behalf of the Government of Singapore, to confirm our acceptance of the provisions set out in the Annexes to that letter.

We also confirm that this reply, together with Mr Humphrey's letter and its Annexes, shall constitute a legally binding agreement between the EU and our country, which shall enter into force on the day of signature of this letter. We would also like to record our understanding that, specifically, Annex II to Mr Humphrey's letter constitutes the binding reciprocal declarations envisaged by paragraphs 11 and 12 of Annex I to his letter.

Please accept, Excellency, the assurances of my highest consideration.

+++++ TIFF +++++

EDWARD LEE

Ambassador

[1] ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Dokument anness għall-ittra preżenti.

--------------------------------------------------

Top