This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2014C0303
EFTA Surveillance Authority Decision No 303/14/COL of 15 July 2014 authorising Norway to derogate from certain common aviation safety rules pursuant to Article 14(6) of the Act referred to at point 66n of Annex XIII to the Agreement on the European Economic Area (Regulation (EC) No 216/2008 of the European Parliament and of the Council of 20 February 2008 on common rules in the field of civil aviation and establishing a European Aviation Safety Agency, and repealing Council Directive 91/670/EEC, Regulation (EC) No 1592/2002 and Directive 2004/36/EC, as amended) [2015/1945]
Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 303/14/COL tal-15 ta' Lulju 2014 li tawtorizza lin-Norveġja li tidderoga minn ċerti regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 14(6) tal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE kif emendat) [2015/1945]
Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 303/14/COL tal-15 ta' Lulju 2014 li tawtorizza lin-Norveġja li tidderoga minn ċerti regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 14(6) tal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE kif emendat) [2015/1945]
ĠU L 283, 29.10.2015, p. 18–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/18 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 303/14/COL
tal-15 ta' Lulju 2014
li tawtorizza lin-Norveġja li tidderoga minn ċerti regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 14(6) tal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE kif emendat) [2015/1945]
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 14(6) u (7) tal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE, kif adattat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011, Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE kif emendat; u l-punt FCL.740.A tal-Anness I tal-Att imsemmi fil-punt 66ne tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE, kif adattat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2013 tal-15 ta' Lulju 2013, Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat; it-tnejn kif adattati għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA mogħtija fit-28 ta' Marzu 2014.
Billi:
(1) |
In-Norveġja talbet li taplika ċerta deroga mir-regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili inklużi fir-regoli li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(2) |
F'konformita mal-Artikolu 14(7) ta' dak ir-Regolament, kif adattat, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA evalwat il-ħtieġa għad-deroga mitluba, u l-livell ta' protezzjoni li joħroġ minnha, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. L-Awtorità tikkonkludi li l-varjazzjoni se tipprovdi għal livell ta' protezzjoni ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni tar-regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. L-evalwazzjoni tad-deroga, u l-kundizzjonijiet marbuta mal-applikazzjoni tagħhom, huma deskritti fl-Anness ta' din id-deċiżjoni li tawtorizza d-deroga. |
(3) |
F'konformita mal-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat, deroga mogħtija lil Stat Membru wieħed għandha tkun notifikata lill-Istati Membri kollha, li għandhom ikunu intitolati wkoll li japplikaw dik id-deroga. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011 u l-punt 3 ittri (a) u (e) tal-Anness tiegħu, it-terminu “Stat(i) Membru/i” għandu jiġi mifhum li qed jinkludi, b'żieda mat-tifsira tiegħu fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA; u l-Kummissjoni Ewropea tikkomunika l-informazzjoni dwar tali deċiżjoni li tkun waslet mingħand l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA lill-Istati Membri tal-UE. |
(5) |
Din id-deċiżjoni għandha għalhekk tiġi notifikata lill-Istati kollha tal-EFTA, u lill-Kummissjoni Ewropea biex tiġi kkomunikata lill-Istati Membri tal-UE. |
(6) |
Id-deskrizzjoni tad-deroga, kif ukoll il-kundizzjonijiet marbuta magħha, għandhom ikunu tali li jippermettu lil Stati Membri oħra fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattati, li japplikaw dik il-miżura meta dawn isibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni, mingħajr il-ħtieġa ta' approvazzjoni ulterjuri mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, jew il-Kummissjoni, skont il-każ. Madankollu, l-Istati Membri fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat, għandhom jinnotifikaw l-applikazzjoni tad-derogi peress li jista' jkollhom effetti barra dak l-Istat. |
(7) |
Il-miżuri li jsir provvediment għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
In-Norveġja tista' tidderoga mir-rekwiżiti fil-punt FCL.740.A tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 kif emendat, kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Istati Membri kollha fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat, ikunu intitolati japplikaw l-istess miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1, kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, u suġġett għall-obbligu ta' notifika stabbilit fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lin-Norveġja. Hija awtentika fil-lingwa Ingliża.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Iżlanda, lil-Liechtenstein, lin-Norveġja u lill-Kummissjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2014.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Helga JÓNSDÓTTIR
Membru tal-Kulleġġ
Xavier LEWIS
Direttur
ANNESS
DEROGA MIR-RENJU TAN-NORVEĠJA MIR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2011 (1) FIR-RIGWARD TA' SIGĦAT SPEĊIFIĊI TA' TITJIR GĦAL ĊERTI KLASSIFIKAZZJONIJIET TA' KATEGORIJA
1. DESKRIZZJONI TAT-TALBA
Il-Punt FCL.740.A(b) tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jistipula kif ġej:
“(b) |
Validazzjoni mill-ġdid ta' klassifikazzjoni tal-klassi ta' magna waħda u bi bdot wieħed.
|
Permezz ta' ittra datata s-6 ta' Diċembru 2013, il-Gvern tar-Renju tan-Norveġja (“in-Norveġja”) innotifika lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) u lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) bl-intenzjoni tiegħu li jidderoga minn din id-dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fuq il-bażi tal- Artikolu 14(6) tar- Regolament (KE) Nru 216/2008 kif emendat (2).
2. VALUTAZZJONI TAT-TALBA
2.1. Il-bżonn
L-Awtorità tqis li jkun xieraq li tippermetti l-ikkreditar trasversali ta' xi ħinijiet speċifikati ta' titjir fl-ajruplani li jaqgħu taħt il-klassifikazzjoni ta' klassi tal-art u tal-baħar ta' ajruplan b'magna b'pistin wieħed (“SEP”) lejn rivalidazzjoni taż-żewġ klassifikazzjonijiet “bl-esperjenza”. Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ma jindirizzax din is-sitwazzjoni u lanqas ma jipprovdi ċarezza għal piloti ta' ajruplani anfibji, li toħloq piż bla bżonn fuq id-detenturi tal-liċenzja.
2.2. Ekwivalenza tal-livell ta' protezzjoni
In-Norveġja tat ir-raġunijiet segwenti biex turi l-bżonn ta' deroga mir-regola kkonċernata: Il-bdoti li jtajru ajruplan b'magna b'pistin wieħed huma mitluba li jkollhom il-klassifikazzjoni valida tal-klassi (SEP) inkluża fil-liċenzja Part-FCL. Il-Parti-FCL tagħmel dispożizzjonijiet għal żewġ klassifikazzjonijiet tal-klassi ta' SEP. Il-klassifikazzjoni (tal-art) SEP għall-ajruplan li jinżlu fuq l-art (li jkollhom ir-roti jew skis) u klassifikazzjoni SEP (tal-baħar) għall-idroplani (b'buq jew sufruni). Il-Parti-FCL ma tagħmel l-ebda provvediment speċifiku dwar l-ajruplani anfibji (li jistgħu jibdlu l-konfigurazzjoni waqt titjira biex ikunu jistgħu joperaw kemm minn fuq l-art kif ukoll minn fuq l-ilma). Barra minn hekk, bdot li jkun jixtieq jivvalida mill-ġdid il-privileġġi ta' kwalunkwe klassifikazzjoni tal-klassi ta' SEP ikun irid jikkonforma ma' FCL.740.A(b) tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.
Barra minn hekk, in-Norveġja ssottomettiet li hija diġà aċċettat li ajruplan amfibju jkun jista' jintuża għar-rivalidazzjoni taż-żewġ klassifikazzjonijiet billi jiġi operat kemm bħala ajruplan li jinżel fuq l-art kif ukoll bħala idroplan biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti. Fil-każ ta' ajruplan amfibju, il-karatteristiċi tal-ajruplan għas-sigħat ta' titjir fuq ir-rotta jkunu identiċi. Huwa biss il-fażijiet tas-sewqan fuq l-art, it-tlugћ u l-inżul/l-inżul tal-passiġġieri li huma differenti. Id-dispożizzjonijiet ta' FCL. 740.A(b)(2) diġà jirrikonoxxu li l-esperjenza miksuba f'ajruplani kemm fil-klassifikazzjoni SEP (tal-art) jew TMG jistgħu jintużaw biex jivvalidaw mill-ġdid kemm il-klassifikazzjoni SEP kif ukoll TMG. Ir-rekwiżiti għandhom jirriflettu dak li huwa komuni u dak li hu differenti bejn il-klassijiet.
L-Aġenzija, wara li analizzat it-talba għal deroga, qablet li l-obbligu fuq bdot li jkollu ż-żewġ klassifikazzjonijiet tal-klassi biex ilesti r-rekwiżiti kollha ta' esperjenza fit-titjir stabbiliti fl-FCL.740.A(b) kemm f'ajruplani li jinżlu fuq l-art kif ukoll f'idroplani mhux meħtieġ u jitfa' piż mhux raġonevoli fuq id-detentur tal-liċenzja.
Barra minn dan l-Aġenzija nnotat li l-kompitu tat-tfassil tar-regoli FCL.002 li għaddej bħalissa diġà ppropona li tiġi emendata d-dispożizzjoni ta' FCL.740 A(b) biex tkun tinkludi dispożizzjonijiet għar-rivalidazzjoni bl-esperjenza fil-każ ta' bdoti li jkollhom kemm is-SEP (fuq l-art) kif ukoll is-SEP (fuq il-baħar).
Għaldaqstant, l-Aġenzija kkonkludiet fir-rakkomandazzjoni tagħha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 li bil-proposta tan-Norveġja l-livell ta' protezzjoni se jinżamm.
3. DESKRIZZJONI TAD-DEROGA
Id-deroga proposta mid-dispożizzjonijiet ta' punt FCL.740.A(b) tal-Anness I (Part-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, hija intiża li tippermetti lill-piloti fil-kmand sigħat bi klassi waħda li jiġu kkreditati b'ħamsa mis-sitt sigħat tal-oħra.
Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta' FCL.740.A(b)(3) tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom japplikaw b'dan is-sotto-paragrafu li ġej:
“(3) |
Meta applikant ikollu klassifikazzjoni ta' klassi kemm ta' ajruplan b'magna waħda bil-pistin tal-art kif ukoll klassifikazzjoni ta' klassi ta' ajruplani b'magna waħda bil-pistin tal-baħar, huma jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' FCL.740(b)(1)(ii) biex jiġu vvalidati mill-ġdid iż-żewġ klassifikazzjonijiet billi jlestu, fi żmien 12-il xahar qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, 12-il siegħa ta' ħin ta' titjir fuq ajruplani b'magna waħda bil-pistin, inklużi:
|
4. KUNDIZZJONIJIET MARBUTA MAL-APPLIKAZZJONI TAD-DEROGA
Din id-deroga tapplika għad-detenturi tal-liċenzji maħruġa skont l-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.
5. APPLIKABBILTÀ ĠENERALI TAD-DEROGA
L-Istati kollha tal-EFTA jistgħu japplikaw din id-deroga sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet deskritti fil-punt 4.
(1) L-Att imsemmi fil-punt 66ne tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat) kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.
(2) L-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE kif emendat) kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE bil-Protokoll 1 tiegħu.