Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/355/12

    Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

    ĠU C 355, 29.12.2010, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/39


    Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

    2010/C 355/12

    I.   SUĠĠETT

    1.

    Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum kopert bil-kodiċi tan-NM 1005 90 00 u li ġej minn pajjiżi terzi.

    2.

    Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1262/2010 (1).

    II.   PERJODU

    1.

    Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa għall-offerti parzjali jagħlaq fit-13 ta' Jannar 2011 fl-10:00, ħin ta' Brussell.

    Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu fil-jiem ta' wara fl-10:00, ħin ta' Brussell:

    is-27 ta’ Jannar 2011,

    l-10 u l-24 ta’ Frar 2011,

    l-10 u l-24 ta’ Marzu 2011,

    l-14 u t-28 ta’ April 2011,

    it-12 u s-26 ta’ Mejju 2011.

    2.

    Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew il-bdil tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-sejħiet parzjali kollha li jitwettqu matul il-perjodu ta’ validità ta’ din is-sejħa għall-offerti.

    III.   OFFERTI

    1.

    L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f’wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu u jingħataw lura rċevuta, jew inkella b’mezzi elettroniċi:

    Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

    Ministério das Finanças

    Direcção Geral das Alfândegas e Impostos Especiais sobre o Consumo

    Terreiro do Trigo — Edifício da Alfândega

    1149-060 Lisboa

    PORTUGAL

    Tel. +351 218814263

    Fax +351 218814261

    L-offerti li ma jitressqux b’mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f’żewġ envelops issiġillati. L-envelop ta' ġewwa, issiġillat ukoll, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum – ir-Regolament (UE) Nru 1262/2010”.

    L-ebda offerta ma tista’ tiġi rtirata qabel ma l-Istat Membru konċernat jgħarraf lill-offerent bir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

    2.

    L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isiru bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li l-korp kompetenti tiegħu jkun qed jirċievi l-offerta.

    IV.   GARANZIJA TA' SEJĦA GĦALL-OFFERTI

    Għandha tingħata garanzija lill-korp kompetenti b’rabta mas-sejħa għall-offerti.

    V.   GĦOTI TAL-KUNTRATT

    L-għoti tal-kuntratt jikkonferixxi:

    (a)

    id-dritt għall-ħruġ fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta, għall-kwantità konċernata;

    (b)

    l-obbligu li titressaq applikazzjoni fl-Istat Membru msemmi fil-punt (a) għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


    (1)  ĠU L 343, 29.12.2010, p. 76.

    (2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


    Top