Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/94

    Kawża T-256/07: Rikors ippreżentat fis- 16 ta'Lulju 2007 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill

    ĠU C 211, 8.9.2007, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 211/50


    Rikors ippreżentat fis-16 ta'Lulju 2007 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill

    (Kawża T-256/07)

    (2007/C 211/94)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: People's Mojahedin Organization of Iran (Auvers sur Oise, Franza) (rappreżentanti: J.P.Spitzer, avukat, u D.Vaughan, QC)

    Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE safejn din tapplika għar-rikorrenti;

    tikkundanna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (1) li ssemmi lir-rikorrenti fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li fil-konfront tagħhom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra.

    In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tgħid li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex il-Kunsill ibbaża ruħu fuq it-tniżżil tar-rikkorrenti fil-lista tad-Deċiżjoni 2006/379/KE li kellha tiġi annullata jew emendata mill-Kunsill fir-rigward tar-rikorrenti b'riżultat tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-228/02 Organizzazzjoni tal-Modjahedines tal-poplu ta' l-Iran vs Il-Kunsill (ĠU C 247 tat-12 ta' Ottubru 2002). Skond ir-rikorrenti, il-Kunsill kien obbligat li jneħħi isem ir-rikorrenti mil-lista msemmija.

    Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tad-dritt għal smiegħ xieraq tar-rikorrenti u mingħajr motivazzjoni xierqa.

    Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata abbażi ta' provi li kienu kollha relatati mal-perjodu qabel is-sena 2001 u mingħajr ma ħadet in kunsiderazzjoni provi relatati mal-perjodu wara s-sena 2001 ippreżentati mir-rikorrenti.

    Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega li dawn iċ-ċirkustanzi jammontaw għal abbuż u użu ħażin tal-poter.


    (1)  ĠU L 169, p. 58.


    Top