This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/211/80
Case T-239/07: Action brought on 9 July 2007 — Pathé Distribution v EACEA
Kawża T-239/07: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Lulju 2007 — Pathé Distribution vs EACEA
Kawża T-239/07: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Lulju 2007 — Pathé Distribution vs EACEA
ĠU C 211, 8.9.2007, pp. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 211/42 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2007 — Pathé Distribution vs EACEA
(Kawża T-239/07)
(2007/C 211/80)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Pathé Distribution SAS (Parigi, Franza) (rappreżentant: P. Deprez, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata li l-kuntratt Nru 2006-09120304D1021001FD1507 ma' kienx itterminat validament mill-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, u li dan għadu fis-seħħ; |
|
— |
tikkundanna lill-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 9 737 li għadha dovuta lilha taħt il-kuntratt. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors preżenti bbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ, ir-rikorrenti titlob li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas somma ekwivalenti għall-bilanċ li għadu dovut lilha taħt il-kuntratt Nru 2006-09120304D1021001FD1507 li jikkonċerna l-għajnuna finanzjarja Koumunitarja għal proġett ta' distribuzzjoni vidjografika ta' film, konkluż fil-kuntest tal-programm “MEDIA Plus” adottat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE. (1)
Il-kuntratt ġie iffirmat mill-partijiet fis-27 ta' Ġunju 2006 u l-konvenuta għamlet ħlas bil-quddiem lir-rikorrenti skond il-pattijiet ta' l-istess kuntratt. Fit-8 ta' Mejju 2007, il-konvenuta indirizzat lir-rikorrenti ittra li permezz tagħha tterminat l-imsemmi kuntratt minħabba li l-ispejjeż reali totali tal-proġett kienu anqas mill-baġit provviżorju tal-proġett u minħabba li ma kienet ingħatat ebda spjega bil-miktub meta ġie ppreżentat ir-rapport finanzjarju tal-proġett u talbet ir-rifużjoni tal-ħlas bil-quddiem li kien diġà ngħata. Madankollu, ir-rikorrenti tikkunsidra li, konformament mal-pattijiet tal-kuntratt, il-kontribuzzjoni tal-konvenuta fil-proġett kellha tkun sa 50 % ta' l-ispejjeż reali tad-distribuzzjoni vidjografika u għaldaqstant qiegħda titlob il-ħlas tas-somma li għadha dovuta, barra l-ħlas bil-quddiem li diġà ngħata.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li t-terminazzjoni tal-kuntratt mill-konvenuta hija irregolari u infondata safejn ma rrispettatx it-termini tal-kuntratt dwar il-modalitajiet ta' terminazzjoni u, b'mod partikolari, ma tatx lir-rikorrenti terminu ta' żmien sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-implementazzjoni tal-kuntratt. Għaldaqstant, skond ir-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza għandha tikkonstata li l-kuntratt għadu fis-seħħ.
Barra minn dan, hija tikkontesta r-raġunijet għat-terminazzjoni tal-kuntratt invokati mill-konvenuta, jiġifieri n-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' l-obbligi kuntrattwali tagħha.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE, ta' l-20 ta' Diċembru 2000, dwar l-implimentazzjoni ta' programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżwali Ewropej (MEDIA Plus — Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni) (2001-2005), ĠU L 336, p. 82).