Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/44

    Kawża C-310/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mmressqa minn Lunds tingsrätt (l-Iżvezja) fil- 5 ta' Lulju 2007 — Ir-Renju ta' l-Iżvezja rappreżentat minn Tillsynsmyndighet i konkurser vs Anders Holmqvist

    ĠU C 211, 8.9.2007, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 211/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mmressqa minn Lunds tingsrätt (l-Iżvezja) fil-5 ta' Lulju 2007 — Ir-Renju ta' l-Iżvezja rappreżentat minn Tillsynsmyndighet i konkurser vs Anders Holmqvist

    (Kawża C-310/07)

    (2007/C 211/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

    Qorti tar-rinviju

    Lunds tingsrätt (l-Iżvezja).

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ir-Renju ta' l-Iżvezja rappreżentat minn Tillsynsmyndighet i konkurser.

    Konvenut: Anders Holmqvist.

    Domandi preliminari

    1)

    Id-Direttiva 80/987/KE (1) tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom, kif l-aktar reċentament emendata mid-Direttiva 2002/74/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha tiġi interpretata fis-sens li huwa meħtieġ li impriża jkollha kumpannija sussidjarja jew stabbiliment fiss fi Stat Membru sabiex tkun ikkunsidrata li hija attiva fit-territorju ta' dak l-Istat Membru?

    2)

    Fil-każ ta' risposta negattiva għad-domanda 1), liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex ikun jista jiġi kkunsidrat li impriża hija attiva f'diversi Stati Mebri?

    3)

    Jekk jiġi kkunsidrat li l-impriża hija attiva fit-territorju ta' diversi Stati Membri u li ħaddiem jiżvolġi d-dmirijiet tiegħu ma din l-impriża f'diversi Stati Membri, skond liema kriterji għandu jiġi ddeterminat il-post fejn ix-xogħol jitwettaq normalment?

    4)

    Jekk l-Artikolu 8a tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KE ta' l-20 ta' Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom, kif l-aktar reċentament emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/74/KE, għandux effet dirett?


    (1)  ĠU L 283, p.23.

    (2)  ĠU L 270, p.10.


    Top