Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/16

Kawża C-517/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/98/KE — Użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 211, 8.9.2007, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-517/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/98/KE - Użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2007/C 211/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Braun u E. Montaguti, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentant: E. Tiedl, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta' Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, p. 90)

Dispożittiv

1)

Billi ma implimentatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta' Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku, fil-leġiżlazzjoni tal-Länder ta' Styria u ta' Salzburg, ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva.

2)

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


Top