This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0350
Case C-350/23, Agrarmarkt Austria: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 7 June 2023 — Vorstand für den Geschäftsbereich II der Agrarmarkt Austria
Kawża C-350/23, Agrarmarkt Austria: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Ġunju 2023 – Vorstand für den Geschäftsbereich II der Agrarmarkt Austria
Kawża C-350/23, Agrarmarkt Austria: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Ġunju 2023 – Vorstand für den Geschäftsbereich II der Agrarmarkt Austria
ĠU C 338, 25.9.2023, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Ġunju 2023 – Vorstand für den Geschäftsbereich II der Agrarmarkt Austria
(Kawża C-350/23, Agrarmarkt Austria)
(2023/C 338/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vorstand für den Geschäftsbereich II der Agrarmarkt Austria
Konvenut: T F
Domandi preliminari
1) |
Fil-każ ta’ applikazzjoni għal appoġġ għall-annimali fis-sens tal-punt 15 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (1), introdotta għas-sena 2020 għall-għoti ta’ appoġġ akkoppjat, li għaliha tintuża fis-sens tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (2), l-informazzjoni fid-database elettronika għall-bhejjem tal-ifrat, tikkostitwixxi, fil-każ ta’ applikazzjoni ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ 15-il jum wara li l-annimali (baqar) ikunu ġew imċaqalqa lejn mergħa, skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE tal-20 ta’ Awissu 2001 li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji (3), moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (4), entrata żbaljata fid-database elettronika għall-bhejjem tal-ifrat, konformement mal-Artikolu 30(4)(c) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament (5), li ma hijiex deċiżiva għall-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament Delegat 639/2014, taħt l-iskema ta’ appoġġ jew miżura ta’ appoġġ inkwistjoni, sabiex l-annimali kkonċernati jitqiesu mhux determinati biss jekk din l-entrata żbaljata tiġi osservata matul mill-inqas żewġ kontrolli f’perijodu ta’ erbgħa u għoxrin xahar? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: Is-sanzjonijiet amministrattivi previsti fil-Kapitolu IV tar-Regolament Delegat 640/2014 japplikaw fis-sens tal-Artikoli 15(1) u 34 tar-Regolament Delegat 640/2014 għall-applikazzjoni għal appoġġ akkoppjat imsemmija fl-ewwel domanda, meta l-bidwi jkun indirizza lill-awtorità kompetenti komunikazzjoni bil-miktub skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 2001/672, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament 1760/2000, dwar iċ-ċaqliq ta’ annimali għall-mergħa, bil-komunikazzjoni tindika d-dewmien fir-rigward tat-terminu ta’ 15-il jum taħt dawn id-dispożizzjonijiet, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx informat minn qabel lill-applikant bl-intenzjoni li twettaq kontroll fuq il-post u ma tkunx informatu diġà dwar ksur fir-rigward tal-applikazzjoni għal għajnuna? |
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 341.
(4) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 248.