EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0749

Kawża T-749/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – Il-Parlament vs Union Technique du Bâtiment u Argest

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/80


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – Il-Parlament vs Union Technique du Bâtiment u Argest

(Kawża T-749/22)

(2023/C 24/107)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Kazek u K. Wójcik, aġenti, assistiti minn N. Charrel, T. Gaspar u M. Jolly, avukati)

Konvenuti: Union Technique du Bâtiment SA (Romainville, Franza) u Argest SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-kumpanniji Union Technique du Bâtiment SA u Argest SA jħallsuh in solidum is-somma totali ta’ EUR 161 200, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data tal-preżentazzjoni ta’ dan ir-rikors, li għandhom jiġu kkapitalizzati sabiex jipproduċi interessi huma nfushom;

tikkundanna lill-konventi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jinvoka motiv uniku bbażat fuq l-allegat dritt tiegħu għal kumpens abbażi tal-garanzija ta’ għaxar snin ipprovduta mill-kumpanniji Union Technique du Bâtiment SA u Argest SA li tkopri d-difetti kkonstatati li jaffettwaw is-saqaf magħmul mit-tiben tal-Maison Jean Monnet f’Bazoches-sur-Guyonne.


Top