Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0742

    Kawża T-742/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Mazepin vs Il-Kunsill

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 75–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/75


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Mazepin vs Il-Kunsill

    (Kawża T-742/22)

    (2023/C 24/101)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Dmitry Arkadievich Mazepin (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Moretto, V. Villante, T. Marembert u A. Bass, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1);

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2);

    tannulla d-deċiżjoni li żżomm ir-rikorrenti fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (3), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530, kif ukoll taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1529 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna,

    iktar 'il quddiem kollettivament imsejħa l-“atti kkontestati”, sa fejn l-atti kkontestati jinkludu lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet li jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill fl-istħarriġ tal-applikazzjoni amministrattiva għat-tneħħija tal-lista tar-rikorrent ppreżentata fil-31 ta’ Mejju 2022.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni; tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni; nuqqas ta’ osservanza tal-oneru tal-prova; ksur tal-kriterji tal-elenkar stabbiliti fl-Artikoli 1(1)(a) u 2(1)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif ukoll fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014, it-tnejn li huma jirrigwardaw miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità u l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità bil-kriterji tal-elenkar stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(g) u l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif ukoll fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014.

    5.

    Il-ħames motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità u l-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali bil-kriterji tal-elenkar stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(g) u l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif ukoll fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014.

    6.

    Is-sitt motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, nuqqas ta’ osservanza tal-oneru tal-prova u l-ksur tal-kriterji tal-elenkar stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(g) u l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif ukoll fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014, it-tnejn li huma jirrigwardaw miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    7.

    Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent; ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent għall-proprjetà u tal-libertà ta’ impriża u ksur tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


    (1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

    (2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.

    (3)  ĠU 2014, L 78, p. 16.


    Top