Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0737

Kawża T-737/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Pumpyanskaya vs Il-Kunsill

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 70–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/70


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Pumpyanskaya vs Il-Kunsill

(Kawża T-737/22)

(2023/C 24/96)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Galina Evgenyevna Pumpyanskaya (Ekaterinburg, ir-Russja) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth, A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263, l-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara l-inapplikabbiltà tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2022/329/PESK, kif ukoll l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 (iktar 'il-quddiem il-“kriterji ta’ elenkar ikkontestati”);

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) (iktar 'il-quddiem l-“atti kkontestati”), sa fejn dawk l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti (Entrata Nru 724).

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors taħt l-Artikolu 263 TFUE:

1.

Motiv taħt l-Artikolu 277 TFUE, ibbażat fuq li l-kriterji ta’ elenkar ikkontestati huma f’konflitt irrisolvibbli mal-prinċipju ta’ prevedibbiltà, mal-valuri li fih u mal-Istat tad-dritt.

2.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

3.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill meta inkluda l-isem tar-rikorrenti fl-annessi tal-atti kkontestati.

4.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

5.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur illegali tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja, għad-dar u għall-komunikazzjonijiet, kif ukoll għall-proprjetà.


(1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


Top