Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0734

    Kawża T-734/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Pumpyanskiy vs Il-Kunsill

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/67


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Pumpyanskiy vs Il-Kunsill

    (Kawża T-734/22)

    (2023/C 24/93)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Alexander Dmitrievich Pumpyanskiy (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u L. Burguin, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) sa fejn iżżomm l-isem tar-rikorrent fin-Nru 719 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn iżomm l-isem tar-rikorrent fin-Nru 719 tal-Anness I ta’ dan ir-regolament;

    tikkundanna lill-Kunsill iħallas is-somma ta’ EUR 100 000, b’mod provviżorju, bħala kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent, u

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-ugwaljanza fit-trattament.

    5.

    Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ.


    (1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

    (2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


    Top