Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0732

    Kawża T-732/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Deripaska vs Il-Kunsill

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 66–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/66


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Deripaska vs Il-Kunsill

    (Kawża T-732/22)

    (2023/C 24/91)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Oleg Vladimirovich Deripaska (Khutor Sokolsky, ir-Russja) (rappreżentant: R. Bontinck, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li inkludiet l-isem tar-rikorrent fl-anness tad-Deċiżjoni 2014/145, applikabbli sal-15 ta’ Marzu 2023;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn iżomm l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas ta’ EUR 1 000 000 fuq bażi provviżorja għad-dannu morali sostnut mir-rikorrenti

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-motivi mqajma mill-Kunsill.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali.


    (1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

    (2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


    Top