This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0731
Case T-731/22: Action brought on 24 November 2022 — Kozitsyn v Council
Kawża T-731/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Kozitsyn vs Il-Kunsill
Kawża T-731/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Kozitsyn vs Il-Kunsill
ĠU C 24, 23.1.2023, p. 65–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/65 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Kozitsyn vs Il-Kunsill
(Kawża T-731/22)
(2023/C 24/90)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Andrey Anatolyevich Kozitsyn (Verkhnyaya Pyshma, ir-Russja) (rappreżentant: J. Grand d’Esnon, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) Nru 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) fir-rigward ta’ A. Kozitsyn u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) fir-rigward ta’ A. Kozistyn; u billi tagħmel hekk |
— |
tikkkonstata l-illegalità tal-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/145/PESK u tal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) tal-Kunsill 269/2014 u |
— |
tannulla l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet permezz ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità jew għall-inqas tikonstata l-illegalità tal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lil A. Kozitsyn; fi kwalunkwe każ, |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-234/22, Ismailova vs Il-Kunsill.