Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0727

    Kawża T-727/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2022 – Odeon Cinemas Holdings vs EUIPO – Academy of Motion Picture Arts and Sciences (OSCAR)

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/63


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2022 – Odeon Cinemas Holdings vs EUIPO – Academy of Motion Picture Arts and Sciences (OSCAR)

    (Kawża T-727/22)

    (2023/C 24/87)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Odeon Cinemas Holdings (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Axel Karnøe Søndergaard, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Academy of Motion Picture Arts and Sciences (Beverly Hills, California, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea OSCAR – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 931 038

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1841/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top