Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0703

    Kawża T-703/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Everblacks Towage vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/57


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Everblacks Towage vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-703/22)

    (2023/C 24/79)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrent: Everblacks Towage – Serviços Marítimos, Sociedade Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex-2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.


    Top