EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0702

Kawża T-702/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – TA vs Il-Kummissjoni

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/56


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – TA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-702/22)

(2023/C 24/78)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: TA (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, jew sa fejn dawn japplikaw għal benefiċjarji minħabba ċ-ċirkustanza li għandhom ħaddiema mhux residenti fir-reġjun ultraperiferiku, jew li jiksbu dħul li s-sors tiegħu huwa barra mir-reġjun ultraperiferiku.

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex-2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball fl-evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn id-deċiżjoni kkontestata kkunsidrat li benefiċċji mogħtija lil impriżi li kienu stabbiliti b’mod reġjonali, iżda li kellhom relazzjonijiet esterni, ma kinux kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) TFUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball fl-evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn id-tad-deċiżjoni kkontestata kkunsidrat li benefiċċji mogħtija lil impriżi li kienu stabbiliti b’mod reġjonali, iżda li kienu jżommu relazzjonijiet ta’ impjieg ma’ ħaddiema li ma kinux preżenti b’mod permanenti fir-reġjun ultraperiferiku, ma kinux kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball fl-evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn id-deċiżjoni kkontestata kkunsidrat li benefiċċji mogħtija lil impriżi li ma jeċċedux il-limiti kwantitattiva previsti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna Nazzjonali b’għan Reġjonali għall-2007-2013 u fir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2014 ma kinux kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) TFUE.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni: ċertezza legali, aspettattivi leġittimi u legalità.


Top