EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0329

Kawża T-329/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2022 – Canalones Castilla vs EUIPO – Canalones Novokanal (Kanali għall-ġbir tal-ilma; kondjuwits)

ĠU C 7, 9.1.2023, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/32


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2022 – Canalones Castilla vs EUIPO – Canalones Novokanal (Kanali għall-ġbir tal-ilma; kondjuwits)

(Kawża T-329/22)

(2023/C 7/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Canalones Castilla, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: F. J. Serrano Irurzun, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Canalones Novokanal, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju (Kanali għall-ġbir tal-ilma; kondjuwits) – Disinn Komunitarju Nru 363 486-0001

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2022 fil-Każ R 1122/2021-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

fil-każ li t-talbiet ta’ din il-parti jiġu miċħuda fit-totalità tagħhom, meta tiddeċiedi dwar l-ispejjeż fid-deċiżjoni li ttemm il-proċeduri, tiddeċiedi li l-partijiet l-oħra għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motivi invokati

L-iżvelar minn qabel tad-disinn ippreżentat mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma ġiex stabbilit b’mod suffiċjenti.

Sussidjarjament, id-disinn ippreżentat mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bħala disinn preċedenti ma jipproduċix l-istess impressjoni globali bħad-disinn inkwistjoni.

Sussidjarjament, l-iżvelar kien frawdolenti minħabba li kien abbużiv fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur.


Top