EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0215

Kawża T-215/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2022 – Synesis vs Il-Kunsill

ĠU C 222, 7.6.2022, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 222, 7.6.2022, p. 36–37 (GA)

7.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/39


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2022 – Synesis vs Il-Kunsill

(Kawża T-215/22)

(2022/C 222/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Synesis TAA (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/307 tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2022, L 46, p. 97) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/300 tal-24 ta’ Frar 2022 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2022, L 46, p. 3), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni, bħala motivazzjoni għall-illegalità tal-atti ġuridiċi kkontestati, sa fejn jikkonċernawha, motiv uniku li jgħid li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u, b’mod partikolari, kiser l-obbligu tiegħu ta’ eżami. Il-Kunsill ma ressaqx provi konkreti li jiġġustifikaw il-validità tal-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-atti ġuridiċi kkontestati.


Top