Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0686

    Kawża C-686/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2022 – M.S. u S.S. vs Stadt Krefeld

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/31


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2022 – M.S. u S.S. vs Stadt Krefeld

    (Kawża C-686/22)

    (2023/C 24/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: M.S., S.S.

    Konvenut: Stadt Krefeld

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 20 TFUE jipprekludi dispożizzjoni li tipprevedi li, fil-każ ta’ akkwist volontarju ta’ nazzjonalità (mhux ipprivileġġjata) ta’ Stat terz, in-nazzjonalità tal-Istat Membru u, għaldaqstant, iċ-ċittadinanza tal-Unjoni jintilfu ipso jure jekk eżami individwali tal-konsegwenzi tat-telf iseħħ biss fil-każ li ċ-ċittadin barrani kkonċernat ikun ippreżenta minn qabel applikazzjoni għal ħruġ ta’ awtorizzazzjoni sabiex iżomm in-nazzjonalità tiegħu u sakemm din l-applikazzjoni tkun ingħatat risposta pożittiva qabel l-akkwist tan-nazzjonalità barranija?

    2)

    Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: l-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-proċedura ta’ ħruġ tal-awtorizzazzjoni sabiex tinżamm in-nazzjonalità, ma jistgħux jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li jwasslu, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex evalwazzjoni tas-sitwazzjoni individwali tal-persuna kkonċernata kif ukoll dik tal-familja tagħha fir-rigward tal-konsegwenzi tat-telf tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni ma ssirx jew tiġi ssostitwita b’rekwiżiti oħra?


    Top