Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0635

    Kawża C-635/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Timişoara (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Ottubru 2022 – SC Assofrutti Rom S.R.L vs Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Centrul Regional pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale 5 Vest Timişoara

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Timişoara (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Ottubru 2022 – SC Assofrutti Rom S.R.L vs Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Centrul Regional pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale 5 Vest Timişoara

    (Kawża C-635/22)

    (2023/C 24/36)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Timişoara

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SC Assofrutti Rom S.R.L

    Konvenuti: Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Centrul Regional pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale 5 Vest Timişoara

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu lill-Istati Membri milli jimponu l-obbligu li jitwettqu proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti qabel ma jiġi kkummerċjalizzat materjal [ikklassifikat bħala] Conformitas Agraria Communitatis (CAC)?

    2)

    F’sitwazzjoni bħal dik f’dan il-każ, l-Artikolu 4(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (2), flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39(1)(a) u (b) TFUE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-obbligu li jitwettqu proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti kif stabbilit fil-[Programm Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Rurali tar-Rumanija (il-PNŻR)] 2014-2020 (il-ħames verżjoni)?


    (1)  ĠU 2008, L 267, p. 8.

    (2)  ĠU 2013, L 347, p. 320, rettifiki fil-ĠU 2016, L 200, p. 140, fil-ĠU 2019, L 66, p. 6, u fil-ĠU 2022, L 146, p. 155.


    Top